Beata Kristina mill-Aquila – 18 ta’ Jannar

Kristina fis-seklu kien jisimha Mattia Ciccarelli. Hi twieldet minn Domenico u Maria di Pericolo f’Colle dei Lucoli (l’Aquila) fl-24 ta’ Frar 1480 u kienet l-aħħar fost sitt ulied. Minn età ċkejkna kienet mimlija bil-virtujiet ta’ l-ubbidjenza, umiltà, safa u mitfugħa għat talb li kienet tagħmel matul il-ġurnata f’rokna tad-dar quddiem xbieha tal-Madonna tal-Pietà. Mat-talb kienet iżżid ċaħda u sawm iebes li saħansitra kerrħet lilha nnfisha biex ma tkun ammirata minn ħadd. Ta’ ħdax-il sena saret taf lill-beatu Vinċenz mill-Aquila li sar id-direttur spiritwali tagħha u miegħu stqarret ix-xewqa tagħha li tikkonsagra lilha nnfisha lill-Mulej billi tidħol reliġjuża. F’Ġunju 1505 daħlet fil-monasteru ta’ Santa Luċija ta’ l-Agostinjani fl-Aquila, fejn ħadet il-libsa u l-isem ta’ Kristina.

L-imħabba, l-ubbidjenza u l-umiltà li kienet tħaddan kuljum kienu prova biżżejjed biex toħloq rispett fost is-sorijiet l-oħra li wara ftit għażluha bħala badessa. Meta kienet magħrufa għall-qdusija tagħha, għall-viżjonijiet li kien ikollha u l-mirakli li kienet twettaq, ħafna nies, foqra u sinjuri, kienu jmorru jarawha. Fost l-estasi li l-Mulej żejjinha bihom tnejn jibqgħu jissemmew – waħda f’Corpus Domini meta nqatgħet mill-art u fuq sidirha dehret l-Ostja f’pissidi tad-deheb (u għalhekk ħafna drabi hekk pinġewha lil din il-beata) u l-oħra li seħħet fil-Ġimgħa l-Kbira u li damet sa Sibt il-Għid, kienet, kif qalet hi, batiet biċċa kbira mill-Passjoni tal-Mulej.

Billi ma tantx kienet b’saħħitha u kienet ukoll marida mietet fit-18 ta’ Jannar 1543.

Meta ngħalaq il-monasteru Agostinjan ta’ Santa Luċija fit-12 ta’ Ottubru 1908 il-fdalijiet tagħha ħaduhom fil-monasteru ta’ Sant’ Amico. Il-kult tagħha li ftit wara mewtha kien ġa magħruf sewwa ġie kkonfermat fl-1841 mill-Papa Girgor XVI.

Niccolò Del Re*

ANTINORI, A., Vita della b. C., Roma 1740; Sacra Rituum Congregazione. Aquilana super approbatione cultus praestiti B. Christinae a Lucolis, Romae 1839; CREMONA, C., La b. C. de l’Aquila, agostiniana, Roma 1943; DURANTE, M., A La stella di Lucoli. Breve vita della b. C. da Lucoli, l’Aquila 1943; *FALCIONI, D., OSA., C. da A., beata, in Enciclopedia Cattolica IV, Città del Vaticano 1950; CURTIS, C., OSA., Vita della B. C. da l’Aquila. L’operetta fu stampata a Colonia nel 1636, l’Aquila 1991; IS., Beatae Christianae vita. Testo latino-traduzione a fronte. A cura di Antonio Cordeschi, l’Aquila 1993.

 *C. da L’Aquila., beata, in BS. IV, Roma 1964 (rist. 1987), c. 338-39.

 

Scroll to Top