Twieldet ġo Flamshen bei Coesfeld (Westfalia, il-Ġermanja) u ħasset il-vokazzjoni reliġjuża meta kienet għadha ċkejkna iżda missierha ma ridhiex. Qabel ma daħlet fil-monasteru kellha diġà ħafna grazzji t’Alla. Wara li ħafna komunitajiet ma riduhiex fl-aħħar fl-1802 daħlet fil-monasteru tal-Kanonikessi Regolari ta’ Santu Wistin ta’ Agnetenberg viċin Dülman. Il-ħajja tagħha tal-klawsura kienet iebsa ħafna u ġagħluha tifhem li hi ma kienetx ta’ l-istess kondizzjoni soċjali bħall-oħrajn u li daħħluha għaliex kienu mġiegħla. Fuq kollox sofriet ħafna mard. Wara inċident li kellha fl-1805 kellha toqgħod dejjem f’kamritha mill-1806 sal-1812. Billi ma setgħetx taħbi l-kariżmi li Alla taha għax kienet raħħala, xi sorijiet jew b’injoranza jew b’żelu għamlu minnha oġġett ta’ suspett u ta’ insinwazzjonijiet ħżiena. F’Diċembru 1811 il-kunvent ġie magħluq mill-Franċiżi.
Fl-1812 kienet isservi saċerdot. Meta kienet sa tispiċċa dik is-sena il-fenomeni estatiċi li kellha fiha żdiedu u fl-aħħar ġranet tal-1812 kellha l-istimmati. Kienet ħbiethom għal xaharejn iżda waħda mis-sorijiet indunat bihom u kelma ġriet, iżda saħħitha marret għall-agħar. Minn Marzu 1813 ma setgħetx tqum mis-sodda. Kellha viżjonijiet tal-ħajja u l-passjoni tal-Mulej u wkoll tal-Verġni Marija. Iżda diffiċli ħafna tagħraf liema kienu dawk il-viżjonijiet u rivelazzjonijiet veri għaliex il-poeta u kittieb Klement Brentano (1778-1842) iżewwaqhom bil-mod tiegħu.
Mietet f’Dülmen fid- ta’ Novembru 1824 fejn hemm il-fdalijiet tagħha. L-Agostinjani mhux talli aċċettawha bħala membru tal-familja tar-regola ta’ Santu Wistin iżda wkoll bħala membru ta’ l-Ordni u għalhekk mexxew il-kawża tal-beatifikazzjoni tagħha.
Balbino Rano, o.s.a.*
HÜMPNER, W., OSA., Clemens Brentanos Glaubwürdigkeit in seinen Emmerick-Aufzeichnungen, Würzburg 1923 (ed. it. La fede storica di Clemente Brentano nelle note sulla serva di Dio A. C. E., Würzburg 1923 e Roma 1927; SELLER, H. J.,- DIETZ, I. M, OSA., Im Banne des Kreuzes. Lebensbild der stigmatisierten Augustinerin A. K. E., Würzburg 1949_ (rist. Aschaffenburg 1974); *ADAM, J., Clemens Brentanos Emmerick – Erlebnis, Freiburg 1956; BACK, S., OSA., Von der Liebe verwundet. A. K. E. (1774-1824), Würzburg 1965; E. und Brentano. Dokumentation eines Syposions, Dülmen 1983; Congregatio de Causis Sanctorum. Monasterien. Canonizationis Servae Dei Annae Catharinae E. Positio super virtutibus (Roma 1992) 3 vol.; A. K. E. Passio. Compassio. Mystik. Dokumentation des Emmerick-Symposions an der Päpstlichen Universität Gregoriana in Rom, Münster 2000.
*E., A. C., serva di Dio, in BS. I App., Roma 1987, c. 449-451 (estratto letterale)