Il-Kunvent ta’ Santu Wistin tal-Belt Valletta b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Soċjo-Kulturali Ambjentali Augustina qed joqorbu biex jitlesta l-Proġett ta’ restawr estensiv tal-kwartier li l-patrijiet Agostinjani kienu inagħtaw sa mill-bidu tat-twaqqif tal-Belt Valletta. Nhar is-Sibt 5 ta’ Ottubru, waqt in-Notte Bianca, il-proġett infetaħ mill-ġdid wara ammont kbir ta’ restawr li sar kemm fuq il-faccati ta’ barra, imma anke fuq diversi spazji oħra li ser ikunu jistgħu jitgawdew mill-pubbliku waqt li jintużaw għal diversi inizjativi. Ta’ interess partikolari huma l-fdalijiet tal-ewwel Knisja u Kunvent li kienu inbnew mill-arkitett Glormu Cassar aktar minn 400 sena ilu u li partijiet minnhom instabu meta ġie skavat il-ġnien tal-istess Kunvent. Spazju ieħor interessanti huwa x-xelter li tħaffer fil-gwerra u li fih stkennew tant beltin li inagħtaw kenn mill-istess patrijiet.
Ir-rispons ta’ tant persuni li żaru dawn l-ispazji fil-lejla tan-Notte Bianca kien wieħed pożittiv u inkoraġġanti. Il-ħsieb huwa li l-ftuħ uffiċjali tad-The St Augustine Priory Interpretation Centre isir fil-ġimgħat li ġejjin.





