Fl-Ordni Agostinjan, waħda mill-missjonijiet speċjali hija dik tal-appostolat tal-edukazzjoni fejn jingħata l-kontribut meħtieġ għaliex din hija vokazzjoni tassew sabiħa u solenni.
L-għan speċifiku tal-iskejjel mmexxija mir-reliġjużi agostinjani huwa l-promozzjoni tal-persuna umana bbażati fuq il-prinċipji nsara. Dan l-ministeru huwa attività pastorali, fejn ngħallmu l-verità bl-imħabba u fejn l-istudenti jitgħallmu, flimkien mal-kultura umanistika u xjentifika, fuq id-dinja, fuq il-ħajja u fuq l-umanità mdawwla mill-fidi.
Kulleġġ Santu Wistin
Campus tas-Sekondarja
Campus tal-Primarja
Artikli Relatati
Laqgħa tar-Retturi tal-Iskejjel Agostinjani tal-Ewropa
Bejn l-10 u t-12 ta’ Marzu, P. David Cortis, Rettur tal-Kulleġġ Santu Wistin ħa sehem f’laqgħa li ttellgħet Madrid għar-retturi…
Proġett Code for Earth mill-Kulleġġ Santu Wistin
Matul ix-xhur li għaddew l-istudenti tas-sitt sena tagħna kienu okkupati josservaw u jiddiskutu l-problemi kontinwi li qed taffaċċja d-Dinja u…
Kif jingħad fil-innu tal-Kulleġġ Santu Wistin, il-Kulleġġ ma hux il-bini jew l-istruttura, imma huwa komunità edukattiva ta’ persuni b’għan komuni li jgħinu lill-istudenti jkabbru fihom konvizzjonijiet morali u eċċelenza akkademika. Dan kollu huwa mmotivat bil-valuri nsara ta’ mħabba u għożża. Dan kollu jagħmel sens fid-dawl tal-esperjenza tal-Evanġelju u tat-tagħlim u l-ispirtu ta’ Santu Wistin, il-missier spiritwali tagħna.
Hija istituzzjoni edukattiva li taf l-oriġini tagħna lura fl-1848 meta r-reliġjużi agostinjani fetħu l-bibien tagħhom biex jedukaw lill-tfal żgħar. Kienet l-ewwel esperjenza ta’ edukazzjoni aċċessibli għal kulħadd u bidu ta’ storja twila ta’ suċċess f’dan il-qasam.