Fr. Salvino Caruana osa

X’jagħmlek agostinjan?

L-idejal li 48 sena ilu l-Mulej sejjaħli għalih mingħajr ma kont naf x’inhu u li tul is-snin inħoss li kien dejjem Hu li sawwarni sabiex inħaddnu u ngħixu aħjar dejjem iktar.

Kif tara l-kariżma agostinjana fid-dinja tal-lum?

Diffiċli tfissru kunċett bħal dan sakemm ma tridx li tispiċċa titħaddet dwar xi ħaġa li postha jkun ġewwa mużew u imgeżwra tajjeb f’bozza tal-kristall! Din teħtieġ li tinqara u tingħarbel minn żmien għal żmien fid-dawl tas-sejħat ta’xhieda fil-Knisja Universali, f’qadi tal-ħtieġijiet lokali ta’ fejn tingħix din il-kariżma, u fid-dawl ta’ dak li l-Ordni, kif ukoll il-Provinċja, jimmiraw għalih.

Min hu l-agostinjan għalik?

Iktar milli xi ħaġa ta’ għarfien ta’ xi identita’ partikulari u esklussiva, jiena nemmen li l-Agostinjan illum għandu jkun bniedem t’Alla, dejjem lest li jgħarrex possibiltajiet ta’ kif jista’ jdakkar f’oħrajn b’dak li huwa jħoss u jifhem li jista’ jagħti, jqanqal u jbiddel madwaru fi ħdan kull għamla ta’ komunità (mhux kunvent biss!) li fiha jkun jinsab jaħdem. F’din ix-xhieda u ħidma jiftakar li hemm ir-riskju mhux ċkejken, u bi dritt, li jaf jiġi hu wkoll magħrbul kontinwament, u mitlub jagħti l-għaliex tal-ħajja tiegħu f’kull waqt.

Scroll to Top