Il-Grazzja: minn San Pawl sa Santu Wistin
Kard. P. Prospero Grech, Agostinjan Mill-qari tal-Evanġelju nafu li Ġesù kien kollu ħniena mal-midinbin u l-morda, imma l-Fariżej ma tantx kienu jinżlulu. Għaliex? Dawn kienu meqjusin bħala qaddisa mill-poplu; kienu mhux biss iżommu l-kmandamenti ta’Alla imma wkoll 613-il preċett ieħor li kellhom x’jaqsmu mal-ikel u ħwejjeġ oħra. Imma l-Fariżew spiss kien mimli bih innifsu; kien jaħseb li qiegħed jagħmel rigal lil Alla bl-osservanzi tiegħu. Mhux biss, imma kien marbut …