Qaddisin Agostinjani

Marija Omm tal-Parir it-Tajjeb – 26 t’April

Il-ġieħ li qed nagħtu llum lill-Verġni Marija taħt it-titlu ta’ Omm tal-Parir it-Tajjeb, jgħinna nagħrfu lil Kristu bħala dak li jmexxina. Dan it-titlu, imxerred mill-Ordni Agostinjan madwar id-dinja kollha, għandu l-għeruq tiegħu fir-raħal ċkejken ta’ Genazzano (qrib Ruma). Nhar il-25 ta’ April tas-sena 1467, intlemħet fuq ħajt tal-knisja tal-Agostinjani xbieha antika tal-Madonna tħaddan b’tant imħabba lil binha Ġesù. Dan l-affresk mill-ewwel ġibed għadd ta’ pellegrini u bdew jinqalgħu l-grazzji. Sal-lum […]

Marija Omm tal-Parir it-Tajjeb – 26 t’April Kompli aqra »

Santa Monika – 27 t’Awwissu

Wistin huwa l-bijografu tagħha. Inħalluh ikellimna huwa, ukoll jekk dak li jgħidilna huwa iżjed minn bijografija għax bħala iben jagħtina innu ħelu ta’ tifħir lill-Mulej. Tfajla. Trabbiet fir-rażan u għaqal (Stqarrijiet 9, 9). “int ħlaqtha; missierha u ommha ma kienux jafux’bint kien se jkollhom fiha. Il-ħatar ta’ Kristu tiegħek tellagħha fil-biża’ tiegħek, bit-tmexxija tal-Waħdieni tiegħek , f’dar fidila li kienet membru tajjeb fil-ġisem tal-knisja tiegħek” (Stq. 9,8,). Miżżewġa. Mimlija tjubija,

Santa Monika – 27 t’Awwissu Kompli aqra »

San Nikola ta’ Tolentino – 10 ta’ Settembru

San Nikola li jidher dejjem bi stilla fuq sidru twieled f’Sant’Anġlu f’Pontano u għex tletin sena f’Tolentino huwa meqjus bħala l-ewwel u l-ikbar qaddis ta’ l-Ordni Agostinjan. Fl-1256, is-sena tal-“Grande Unione” Nikola kellu ħdax-il sena u wara ftit ingħaqad fil-ħajja reliġjuża. Il-qdusija tiegħu hija mibnija fuq ħajja iebsa, talb bla waqfien, penitenza li kien jagħmel minn jeddu, u f’ħajja komuni u perfetta magħquda ma’ karità u mġieba twajba ma’ kulħadd.

San Nikola ta’ Tolentino – 10 ta’ Settembru Kompli aqra »

San Possidju – 16 ta’ Mejju

Dan kien mill-aqwa ħbieb ta’ Wistin u nafu fuqu minn din il-ħbiberija li kien hemm bejniethom. Ħa l-formazzjoni tiegħu nisranija fil-monasteru li Wistin kien waqqaf ħdejn il-knisja f’Ippona u hemm għex għal xi snin, sakemm madwar is-sena 400 ħatruh isqof ta’ Kalama, belt fin-Numidja. Flimkien ma’ Alipju, Evodju u xi ħaddieħor, hu kien wieħed mill-assistenti prinċipali l-iżjed kapaċi u afdati ta’ Wistin, tant hu hekk li nsibuh dejjem jieħu sehem

San Possidju – 16 ta’ Mejju Kompli aqra »

Qaddisin Kollha tal-Ordni Agostinjan – 13 ta’ Novembru

Mal-Familja Agostinjana kollha niċċelebraw il-festa ta’ ħutna l-Qaddisin li daħlu fil-hena ta’ Sidhom u qed igawdu l-ħarsa kollha mħabba tal-Missier. Hekk kif niftakru fil-Qaddisin kollha tagħna, infaħħru lil Alla għall-kobor tiegħu. Reliġjużi rġiel u nisa, isqfijiet, saċerdoti, lajċi, ilkoll marbutin f’rabta ta’ mħabba, u li taħt it-tmexxija ta’ Santu Wistin waslu fil-glorja tas-Saltna tas-sema. Nitolbu l-interċessjoni ta’ dawn ħutna sabiex jidħlu għalina lkoll li għadna nterrqu l-pellegrinaġġ tal-fidi, u nimitawhom

Qaddisin Kollha tal-Ordni Agostinjan – 13 ta’ Novembru Kompli aqra »

Santa Rita ta’ Cascia – 22 ta’ Mejju

Twieldet f’Roccaporena (xi 5 kilometri minn Cascia) u għammduha fl-isem ta’ Margerita fil-knisja ta’ Santa Maria della Plebe f’Cascia. Il-ġenituri tagħha kienu paċifikaturi ta’ Kristu fil-ġlied politiku u familjari bejn il-Gwelfi u l-Gibellini, u taw lil Rita dak kollu li setgħu u għalmuha taqra u tikteb. Meta kellha 16-il sena żżewwġet lil Paolo Ferdinando Mancini, ġuvni ta’ l-affari tiegħu iżda fuq ruħu u wara ftit kellha żewġt itfal subien. F’ħajja

Santa Rita ta’ Cascia – 22 ta’ Mejju Kompli aqra »

Scroll to Top