Parroċċa Santu Wistin Valletta

P. Alexander Cauchi O.S.A. – Kappillan ġdid għall-Parroċċa ta’ Santu Wistin, il-Belt Valletta

Waqt iż-żjara li għamel fil-Knisja Parrokkjali tagħna fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Santa Rita, l-E.T. Mons Charles Jude Scicluna ta l-pussess bħala Kappillan ġdid tal-Parroċċa ta’ Santu Wistin tal-Belt Valletta lil ħuna P. Alexander Cauchi O.S.A. li f’dawn l-aħħar xhur kien qed iservi bħala Amministratur Parrokkjali. Iċ-ċirkustanzi li qed ngħixu bħalissa ma ppermettewx li ċ-ċelebrazzjoni tal-bidu tal-ħidma pastorali fil-Parroċċa ssir bir-riti esplikattivi li s-soltu jsiru f’okkażjoni bħal din. P. Alexander twieled f’San […]

P. Alexander Cauchi O.S.A. – Kappillan ġdid għall-Parroċċa ta’ Santu Wistin, il-Belt Valletta Kompli aqra »

Kunċert tal-Mużika – Knisja Santu Wistin, il-Belt Valletta

Nhar il-Ħamis 12 ta’ Diċembru sar Kunċert tal-Milied mis-St. Paul Metropolitan Orchestra flimkien mas-soprani Karen Gatt Darmenia, Frances Catherine Farrugia u Anita Vella Bondin, tenuri Joseph Aquilina u Mark Edward Mifsud, u fil-baxx James Vella Bondin, akkumpanjati mill-Anacrusius Concert Choir. Dan il-kunċert ‘Joy to the World’ sar fil-Knisja Santu Wistin fil-Belt Valletta sabiex bid-donazzjonijiet li jinġabru jkun jista’ jibqa’ jsir ir-restawr tal-Kappella tal-Kunvent li tagħmel parti mill-Mużew tal-Kunvent. Wara l-kunċert

Kunċert tal-Mużika – Knisja Santu Wistin, il-Belt Valletta Kompli aqra »

Scroll to Top