Parroċċa Santu Wistin Valletta

L-Istatwa ta’ Santu Wistin lura fil-Knisja Parrokkjali

Permezz ta’ kunċert ta’ mużika sagra b’kompożizzjonijiet mill-arkivju tal-Kunvent, nhar it-Tlieta 23 t’Awwissu 2022, il-Komunità Agostinjana, flimkien mal-Komunità Parrokkjali laqgħu lura fil-Knisja l-istatwa Titulari ta’ Santu Wistin issa miżbuha u indurata. Matul din l-aħħar sena filfatt l-istatwa ttieħdet biex tinżebah u ssir l-induratura meħtieġa. Għal dan ix-xogħol tqabbad is-Sur Horace Farrugia tal-Imdina li huwa artist ta’ esperjenza kbira f’dan il-qasam. Huwa ħadem b’reqqa kbira l-ewwel fuq il-kisi bil-ġibs u l-iżgraffjar […]

L-Istatwa ta’ Santu Wistin lura fil-Knisja Parrokkjali Kompli aqra »

P. Pawl Muscat OSA jiċċelebra 50 sena ta’ Ministeru Saċerdotali

P. Pawl Muscat O.S.A. illum iċċelebra Ewkaristija ta’ Radd il-ħajr f’għeluq il-50 sena mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santu Wistin tal-Belt Valletta. Din iċ-ċelebrazzjoni seta jagħmilha llum wara li ċ-ċirkustanzi ma ppermettewx li ssir f’Marzu li għadda kif kien pjanat. P. Pawl filfatt kien Ordnat Saċerdot fl-14 ta’ Marzu 1971. P.Pawl li huwa minn Ħad-Dingli, kien fi ċkunitu jattendi l-Kulleġġ Santu Wistin fejn ħa l-edukazzjoni sekondarja tiegħu u sadanitant,

P. Pawl Muscat OSA jiċċelebra 50 sena ta’ Ministeru Saċerdotali Kompli aqra »

Dawl ġdid għall-koppla tal-Knisja Parrokjali ta’ Santu Wistin il-Belt Valletta

Nhar is-Sibt 24 t’Ottubru 2020 kien inawgurat dawl ġdid għall-koppla tal-knisja parrokkjali ta’ Santu Wistin il-Belt Valletta. B’kollaborazzjoni mal-proġett tar-riġenerazzjoni tal-port ta’ Marsamxett u l-GHRC, dakinhar kien inawgurat dawl ġdid anke għall-koppla tal-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu u tal-Knisja tal-Madonna tal-Pillar. Dan huwa parti minn proġett akbar ta’ restawr u riġenerazzjoni tal-kunvent tagħna tal-Belt li issa ilu għaddej għal diversi snin. Ftit ġimgħat ilu filfatt inkixfet il-faċċata tal-Knisja u l-ġimgħa l-oħra inkixfet

Dawl ġdid għall-koppla tal-Knisja Parrokjali ta’ Santu Wistin il-Belt Valletta Kompli aqra »

P. Alexander Cauchi O.S.A. – Kappillan ġdid għall-Parroċċa ta’ Santu Wistin, il-Belt Valletta

Waqt iż-żjara li għamel fil-Knisja Parrokkjali tagħna fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Santa Rita, l-E.T. Mons Charles Jude Scicluna ta l-pussess bħala Kappillan ġdid tal-Parroċċa ta’ Santu Wistin tal-Belt Valletta lil ħuna P. Alexander Cauchi O.S.A. li f’dawn l-aħħar xhur kien qed iservi bħala Amministratur Parrokkjali. Iċ-ċirkustanzi li qed ngħixu bħalissa ma ppermettewx li ċ-ċelebrazzjoni tal-bidu tal-ħidma pastorali fil-Parroċċa ssir bir-riti esplikattivi li s-soltu jsiru f’okkażjoni bħal din. P. Alexander twieled f’San

P. Alexander Cauchi O.S.A. – Kappillan ġdid għall-Parroċċa ta’ Santu Wistin, il-Belt Valletta Kompli aqra »

Kunċert tal-Mużika – Knisja Santu Wistin, il-Belt Valletta

Nhar il-Ħamis 12 ta’ Diċembru sar Kunċert tal-Milied mis-St. Paul Metropolitan Orchestra flimkien mas-soprani Karen Gatt Darmenia, Frances Catherine Farrugia u Anita Vella Bondin, tenuri Joseph Aquilina u Mark Edward Mifsud, u fil-baxx James Vella Bondin, akkumpanjati mill-Anacrusius Concert Choir. Dan il-kunċert ‘Joy to the World’ sar fil-Knisja Santu Wistin fil-Belt Valletta sabiex bid-donazzjonijiet li jinġabru jkun jista’ jibqa’ jsir ir-restawr tal-Kappella tal-Kunvent li tagħmel parti mill-Mużew tal-Kunvent. Wara l-kunċert

Kunċert tal-Mużika – Knisja Santu Wistin, il-Belt Valletta Kompli aqra »

Scroll to Top