Ħal Tarxien

50 sena mill-inawgurazzjoni u t-tberik tal-Knisja ta’ San Nikola minn Tolentino, f’Ħal Tarxien

Il-Provinċja Agostinjana Maltija qiegħda trodd ħajr lil Alla f’għeluq il-50 sena mill-inawgurazzjoni u t-tberik tal-Knisja deddikata lil San Nikola ta’ Tolentino, f’Ħal-Tarxien li ġrat nhar it-18 ta’ April 1970. Huwa b’dispjaċir li niċċelebraw ħamsin sena ta’ tant servizz u ċelebrazzjonijiet, f’ċirkustanzi fejn l-attività f’din il-Knisja, bħal f’tant Knejjes oħra kellha titwaqqaf minħabba l-pandemija li laqtet lid-dinja. Żgur imma li huwa mument li jpoġġi quddiemna l-memorja  ta’ tant reliġjużi u lajċi […]

50 sena mill-inawgurazzjoni u t-tberik tal-Knisja ta’ San Nikola minn Tolentino, f’Ħal Tarxien Kompli aqra »

Laqgħa tal-Lajċi Agostinjani f’Ħal Tarxien

Qaddisin Agostinjani: Għalliema u xhieda ta’ L-ispiritwalita’ tagħna Nhar it-Tnejn, 14 ta’ Ottubru 2019, f’Ħal Tarxien saret laqgħa għal-Lajċi midħla tagħna l-Agostinjani f’Malta u Għawdex. Kienu madwar 90 persuna li attendew minn diversi komunitajiet agostinjani. Kienu preżenti wkoll il-Provinċjal, Fr. Leslie Gatt OSA, il-Pirjol tal-komunita ta’ Ħal Tarxien, Fr. Alan Scerri OSA, u  patrijiet oħrajn.  Fis-6.00 p.m. saret il-Quddiesa fil-Knisja ta’ San Nikola minn Tolentino, u wara l-lajċi nġabru fis-sala

Laqgħa tal-Lajċi Agostinjani f’Ħal Tarxien Kompli aqra »

Scroll to Top