Awguri miIl-Kummissjoni tal-Lajċi Agostinjani fil-Festi ta’ Santu Wistin u Santa Monika
Nhar il-Ħamis, 27 u l-Ġimgħa 28 ta’ Awwissu niċċelebraw il-festi ta’ Santa Monika u ta’ Santu Wistin. F’din l-okkażjoni l-membri tal-Kummissjoni Lajċi Agostinjani jixtiequ jibagħtu l-awguri tagħhom lil-lajċi kollha midħla tagħna l-Agostinjani. Qegħdin ngħixu żminijiet diffiċli… ta’ inċertezza għal kulħadd, u ta’ biża’ u tbatija għal xi wħud iktar minn oħrajn. Santu Wistin jgħidilna: “In-nies jgħidu: ‘għaddejjin minn żminijiet ħżiena, minn żminijiet diffiċli’. Imma ħa ngħixu sewwa u ż-żminijiet ikunu tajbin. […]


