Ġustizzja u Paċi

Il-Kċina tal-Imħabba fil-Millennium Chapel

Il-Kċina tal-Imħabba ġiet inawgurata nhar il-Ħamis 20 ta’ Lulju b’ikla pprovduta b’mod ġeneruż minn The Avenue Restaurant u organizzata minn Tony Mejlaq u l-Prof Victor Grech. Għal din l-attività attendew 40 benefattur speċjali tal-Kappella tal-Millennju li taw kontribut ġeneruż għall-finanzjament tal-Kċina tal-Imħabba. Mistieden speċjali tas-serata kien il-Prof Richard England li kien iddiżinja l-Millennium Chapel. Il-Prof England ta waħda mill-pitturi u l-ktieb speċjali tiegħu tal-knisja tal-Manikata għall-irkant matul is-serata. Inġabret ukoll …

Il-Kċina tal-Imħabba fil-Millennium Chapel Kompli aqra »

L-20 Anniversarju mill-ftuħ tal-Millennium Chapel

Nhar it-Tlieta 8 ta’ Diċembru, iċċelebrajna l-20 Anniversarju mill-ftuħ tal-Millennium Chapel. Sfortunatament minħabba l-Pandemija ma stajniex niċċelebrawh kif mixtieq iżda bl-għajnuna t’Alla rnexxielna norganizzaw Quddiesa li ġiet imxandra live wkoll fuq il-paġna tal-Facebook tal-Millennium Chapel, biex b’hekk setgħu isegwuha dawk li xtaqu jingħaqdu magħna u ma setgħux. F’din il-quddiesa ftakarna wkoll f’dawk li mietu f’ċirkustanzi traġiċi, matul din is-sena u fis-snin l-imgħoddija. Waqt il-quddiesa sar ringrazzjament lil Alla għall-tant ġid …

L-20 Anniversarju mill-ftuħ tal-Millennium Chapel Kompli aqra »

Il-Malta Resuscitation Council jagħtu AED lil Millennium Chapel

Il-Malta Resuscitation Council taw Automated External Defibrilator (AED) lil Millennium Chapel. Dan l-AED intrebaħ minn grupp ta’ tobba Maltin li rrapreżentaw lil Malta f’Kompetizzjoni tas-CPR Ewropea fis-Slovenia (European CPR Competition) f’Settembru tal-2019. Dan id-Defibrilator ser jitqiegħed f’post aċċessibbli fil-Millennium Chapel biex ikun jista’ jintuża f’każ ta’ emerġenza għal min ikun fl-istess bini jew fil-viċinanzi. Il-Millennium Chapel tixtieq tirringrazzja lil Malta Resuscitation Council għal din l-għotja sabiħa.

Ineħħu l-uniformi għal ġurnata b’risq il-Millennium Chapel

Bħala parti mill-preparazzjoni għall-Milied fi żmien l-Avvent, l-istudenti kollha tal-Kulleġġ mill-Primarja u mis-Sekondarja, taw kontribuzzjoni għall-proġett tal-Millennium Chapel immexxi mill-Familja Agostinjana f’forma ta’ ikel, affarijiet tal-iskola u anke ħwejjeġ. L-inizjattiva tnehdiet mic-Chapliancy teams. L-istudenti tal-Primarja ‘ħallsu’ din il-kontribuzzjoni talli libsu flokk tal-Milied, filwaqt li l-istudenti tas-Sekondarja libsu tracksuit li jixtiequ huma. Permezz ta’ din l-attivita’ huma saru iktar konxji li f’dan iż-żmien tal-Milied, mhux kulħadd għandu dak kollu li jixtieq, …

Ineħħu l-uniformi għal ġurnata b’risq il-Millennium Chapel Kompli aqra »

Scroll to Top