77
Silta li tkellimna fuq il-maħfra. Lkoll rċevejna xi azzjoni ħażina fejn weġġajna u fejn sibna li naħfru lil xulxin hija xi ħaġa diffiċli. Ġesù jfakkarna li l-maħfra hija waħda mill-marki li tagħmilna dixxipli veri tiegħu. Li taħfer ma hix xi magic, jew xi automatic switch. Hemm proċess ta’ fejqan. Hemm bżonn nitolbu għaliex it-talb inissel fina l-Ispirtu ta’ Ġesù, li hu spirtu ta’ ħniena u ta’ maħfra. Il-maħfra hija diffiċli. […]