Words of Wisdom

Liema ragħaj?

Jiena r-ragħaj it-tajjeb (Ġw 10:11) Illum f’Malta ma tantx għandna naraw ix-xena ta’ ragħaj jirgħa n-nagħaġ, biss żgur li ma kienx il-każ fi żmien Ġesu’, għax flimkien mas-sajd u l-biedja, dan kien xogħol komuni ħafna. F’dan il-Ħadd iddedikat għall-vokazzjonijiet, il-knisja tippreżentalna lil Ġesu’ bħala r-ragħaj li jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu biex dawn isalvaw. ‘F’ħadd ħliefu ma hemm salvazzjoni’ – Fl-ewwel qari nisbu din l-affermazzjoni qawwija li jagħmel San Pietru meta […]

Liema ragħaj? Kompli aqra »

Is-sliem għalikom

L-Evanġelju ta’ dan il-Ħadd meħud mill-Vanġelu skond San Luqa, jirrankontalna dehra ta’ Ġesu’ lill-appostli u lil dawk li kienu magħhom. Huwa rakkont li jiġi wara ‘provi’ oħra li jsemmi l-Evanġelista fil-versi ta’ qabel biex jurina li Ġesu’ huwa irxuxtat; in-nisa jsibu l-qabar vojt, id-dehra tal-anġli lin-nisa, Pietru jsib il-qabar vojt u d-dehra ta’ Ġesu’ lid-dixxipli t’Ghemmaws. “Is-sliem għalikom!” – Ġesu jsellmilhom billi jagħtihom il-paċi, tislima li Ġesu’ juża ħafna darbi

Is-sliem għalikom Kompli aqra »

imbeżżgħin u magħluqin…

F’dan il-Ħadd tal-Ħniena Divina l-Evanġelju jippreżentalna tnejn mid-deheriet li Ġesu’ għamel lil diversi persuni wara l-qawmien tiegħu mill-imwiet. ‘imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa’ –Dak kollu li d-dixxipli kienu ittamaw fih u ghexu meta Ġesu’ kienu għadu magħhom issa bħal donnu kien spiċċa fix-xejn. Il-Vanġelu jibda billi jgħidilna li kienu imbeżżgħin u li kienu magħluqin. Dan huwa fil-fatt fejn twassalna l-biża fil-ħajja tagħna jekk inħalluha taħkimna. Hija tagħlaqna u tipparalizzana!!! Ma nibqgħux

imbeżżgħin u magħluqin… Kompli aqra »

l-imħabba li tinsa lilek innifsek

Waħda mill-ikbar emozzjonijiet u xewqat li għandu l-bniedem fil-qiegħ ta’ qalbu hija li jħobb u jkun maħbub. “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-Waħdieni” – Din il-frażi tispjega l-imħabba bla qies li Alla għandu għalina l-bnedmin, tant li lilna tana kollox, l-Ibnu il-Waħdieni, biex aħna nsalvaw u allura nkunu miegħu għal dejjem. Dan il-ġest Alla għamlu esklussivament għalina, b’imhabba diżinteressata. Dan il-mod ta’ kif iħobbna Alla huwa mudell

l-imħabba li tinsa lilek innifsek Kompli aqra »

il-gwida tan-nisrani

Fl-ewwel qari naraw lil Alla jidħol f’patt mal-poplu Lhudi permezz ta’ Mose li huma jkunu l-poplu tiegħu u hu jkun Alla tagħhom u jagħtihom l-għaxar kmandamenti. Il-bażi tal-kmandamenti kollha hija l-imħabba infatti meta mistoqsi fuq liema hu l-kmandament il-kbir, Ġesu’ iwieġeb hekk; “Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu.’ Dan hu l-kmandament il-kbir u l-ewwel wieħed. U it-tieni jixbhu: ‘Ħobb lil għajrek bħalek innifsek.’ Ovvjament din

il-gwida tan-nisrani Kompli aqra »

“Dan hu Ibni l-għażiż, isimgħu lilu”

“Dan hu Ibni l-għażiż, isimgħu lilu” Il-liturġija tal-kelma ta’ dan il-Ħadd tippreżentalna lil Kristu bħala l-persuna li aħna irridu nisimgħu fil-ħajja u li b’fidi fih u bil-għajnuna tiegħu nkunu kapaċi nwettqu dak kollu li Alla jitlob minna fil-ħajja u nirbħu kull diffikulta li niltaqgħu magħha. L-ewwel qari “Aqbad lil ibnek il-waħdieni, li inti tħobb … u hemm offrih b’sagrifiċċju tal-ħruq” –  Quddiem ir-rakkont tal-ewwel qari, nibqa mistgħaġeb bil-fidi kbira li

“Dan hu Ibni l-għażiż, isimgħu lilu” Kompli aqra »

‘Irrid, kun imnaddaf!’

Fil-qari ta’ dan il-Ħadd, il-knisja tkompli tippreżentalna lil Ġesu’ li jfejjaq lil wieħed imġiddem, marda kiefra ħafna li barra tbatija fiżika, tikkawża ukoll esklużjoni mill-bqija tas-soċjeta’ fejn għall-Lhud kienet tfisser kastig minn Alla għal xi dnub gravi li tkun wettqet dik il-persuna. Jitolbu bil-ħerqa, inxteħet għarkupptejh quddiemu – Il-fatt li niżel għarkupptejh jurina li l-lebbruż qed iqis lil Ġesu’ bħala Alla għax il-liġi kienet tgħid li għandek tadura lil Alla

‘Irrid, kun imnaddaf!’ Kompli aqra »

lesti nirriskjaw?

‘Ejjew warajja’ Fl-Vanġelu, l-Evanġelista San Mark jippreżentalna lil Ġesu’ jsejjaħ l-ewwel dixxipli. Huwa rakkont sabiħ ħafna għax fih aħna nistgħu naraw is-sejħa li Ġesu’ jagħmel lilna ukoll fil-ħajja tagħna. Ma ninsewx, li Alla jsejjaħ lil kulħadd biex jimxi warajh, ovvjament min bi stat ta’ ħajja u min b’ieħor. ‘ikalaw ix-xbiek fil-baħar’, ‘qegħdin isewwu x-xbiek’ – San Mark jgħidilna eżattament x’kienu qegħdin jagħħmlu l-aħwa meta sejħilhom Ġesu’. Kemm Indri u Pietru

lesti nirriskjaw? Kompli aqra »

“telqu lura … minn triq oħra”

F’dan il-Ħadd qegħdin niċċelebraw l-festa tal-Epifanija. F’din il-festa niċċelebraw dak li jgħidlina San Pawl li, ‘il-pagani huma msejħa biex ikollhom sehem mill-istess wirt … fi Kristu Ġesu’’; l-universalita’ tas-sejħa biex wieħed jimxi wara Kristu, u li Ġesu’ ġie biex jifdi lil kulħadd. “rajna l-kewkba tiegħu” – Bħalma nafu kien permezz ta’ kewkba li l-Maġi waslu għand Ġesu’. Probabilment dawn kienu xi nies studjużi jew tal-inqas familjari mall-istilel. Fil-ħajja tagħna aħna

“telqu lura … minn triq oħra” Kompli aqra »

reġgħu lura, isebbħu u jfaħħru lil Alla

Fl-ewwel jum tas-sena il-knisja tiċċelebra l-festa ta’ Marija Omm Alla, privileġġ uniku ta’ Marija. Fit-tieni qari, San Pawl jgħidilna li permezz tat-twelid, l-mewt u l-qawmien ta’ Ġesu’, aħna issa m’għadniex aktar ilsiera iżda ulied. Quddiem dan, wieħed jirrifletti kemm il-bniedem huwa prezzjuż quddiem Alla, tant li għollieħ għall-istat ta’ iben. Alla ma ġiex fid-dinja biex joħdilna xi ħaga, iżda biex jagħtina. Alla m’għandu bżonn xejn minn għandna, huwa l-bniedem li

reġgħu lura, isebbħu u jfaħħru lil Alla Kompli aqra »

Scroll to Top