Saints

San Tumas minn Villanova

San Tumas minn Villanova 1486 – 1555 AD Twieled f’Fuenllana, Ciudad Real (Spanja) minn ġenituri reliġjużi u twajba u li minnhom wiret l-imħabba lejn il-proxxmu. Huwa ħa l-isem mill-belt Villanueva de los Infantes, li fiha marret toqgħod il-familja. Ta’ ħmistax-il sena bagħtuh biex jistudja fl-Università ta’ Alcalà fejn fl-1509 ħa it-titlu ta’ għalliem tal-loġika, fiżika u metafiżika. Għal tliet snin studja t-teoloġija u waqaf biss bejn l-1512 u l-1516 meta […]

San Tumas minn Villanova Kompli aqra »

San Eżekjel Moreno

Twieled fir-raħal t’Alfaro f’Navarra fi Spanja fl-1848. Bħal ħuh, Eżekjel ingħaqad mal-Familja Agostinjana tar-Rekolletti. Wara ftit ta’ żmien Moreno flimkien ma’ 17-il saċerdot oħrajn intbagħtu fil-Filippini fejn ġie ordnat saċerdot fl-1871. Fil-Filippini wettaq l-ewwel ħidma tiegħu pastorali bħala saċerdot Agostinjan, li damet madwar 15-il sena. Fl-1885 waqt il-kapitlu provinċjali (laqgħa li fiha l-provinċja tiltaqa’ biex tiddiskuti u tippjana l-ħidma tagħha għas-snin li jkunu ġejjin) Eżekjel Moreno sar Pirjol tal-kunvent f’Monteagudo

San Eżekjel Moreno Kompli aqra »

Mulej Ġesu’, agħtini qalb mimlija paċi…

San Gwann minn Sahagun “Missier, ma tafx tagħlaq ħalqek! Sur duka, għalfejn nitla’ fuq il-pulptu? Biex ngħid il-verità lil min qed jismagħni jew biex bla mistħija nżiegħel bihom biex ifaħħruni?” Dan il-kliem intqal bejn id-duka t’Alba li mar għall-funzjoni reliġjuża u l-patri Agostinjan Ġwanni minn Sahagun li kien qiegħed jippriedka. Dak il-jum Ġwanni pprofitta mill-preżenza ta’ ħafna nobbli tal-belt u awtoritajiet ċivili, sabiex jikxef il-gvern ħażin u l-inġustizzji tal-prepotenti ma’

Mulej Ġesu’, agħtini qalb mimlija paċi… Kompli aqra »

Scroll to Top