Gospel

It-Trinità

Il-festa tat-Trinitá qaddisa tistedinna biex l-affarijiet ta’ kuljum ikunu bħal ħmira ta’ komunjni, ta’ konsolazzjoni u ta’ ħniena. It-Trinità hija familja ta’ 3 persni – li qatt ma hija magħluqa fiha nfissha, imma hija miftuħa għall-oħrajn. Alla l-Missier li jikkrea/joħloq Alla l-Iben li jsavla Alla l-Ispirtu s-Santu li jigwidana għal sitwazzjonijiet ġodda fil-ħajja tagħna bl-għajnejn ta’ Ġesù, u fl-istess ħin miftuħa għal dawk li jkun qed jiġri u għall-futur. L-Ispirtu …

It-Trinità Kompli aqra »

Trinità Qaddisa

Alla l-Missier li jagħder u jħenn Fl-ewwel qari l-awtur tal-ktieb tal-Eżodu (minkejja li dak iż-żmien ma kienux jafu bil-kunċett tat-Trinita’) jagħtina ħjiel tal-ewwel persuna tat-Trinita’ – Alla l-Missier li jagħder u jħenn. Diversi frażijiet li jsemmilna li għandhom x’jaqsmu mal-viċinanza t’Alla: il-Mulej niżel fi sħaba u waqaf hemm… Alla li jinżel ħdejja u ħdejk, Alla li jkun qrib tagħna. Alla li jieqaf ħdejk, jieqaf iħares lejk b’ħarsa ta’ imħabba, Alla …

Trinità Qaddisa Kompli aqra »

Huwa preżenti fina

Illum hija l-festa ta’ Pentecoste…waħda mill-isbaħ festi. Hija l-festa tal-Ispirtu s-Santu… Minn din il-ġurnata l-Ispirtu kien “mogħti”, u nirċevuh u nirrikonoxxu d-don ta’ Kristu Rxoxt. L-Ispirtu li jagħti l-qawwa, li huwa preżenti f’kollox, preżenti fil-kultura tagħna.  Huwa wkoll l-Ispirtu li bil-kwiet u tul iż-żmien jipperparana biex ngħixu l-fidi.  Huwa l-Ispirtu li qed preżenti f’kull mument tal-ħajja tagħna. Mingħajru, ma nkunx l-istess. U grazzi għad-doni tiegħu, nista’ nimxi, nimxu f’dan il-vjaġġ …

Huwa preżenti fina Kompli aqra »

Liema lingwa?

7,000 lingwa differenti użati fid-dinja…x’varjetà! kif qatt jistgħu jiftehmu bejniethom il-bnedmin b’tant lingwi differenti? B’liema lingwa kien jitkellem Alla? B’liema lingwa jitkellem il-bniedem? Fir-rakkont ta’ Pentekoste nsibu li l-appostli wara li rċevew l-ispirtu s-Santu bdew jitkellmu b’ilsna oħra. X’kien qiegħed jiġri fl-Appostli wara l-mewt ta’ Ġesù? Kienu mimlijin biża’ li ser iduru kontrihom, u għalhekk issakkru fiċ-Ċenaklu bil-bibien magħluqa. Lingwa tal-bniedem: Biża (kulħadd l-istess) vs kuraġġ (kulħadd differenti): imma magħqudin: …

Liema lingwa? Kompli aqra »

Alla magħna! – Kien, għadu u jibqa’

Alla magħna! – Kien, għadu u jibqa’ Hemm tradizzjoni li tgħid li f’Ġerusalemm hemm marka tas-sieq ta’ Kristu ta’ qabel ma tela’ s-sema – l-aħħar marka li ħalla fuq l-art. Kemm hi vera jew le, kulħadd jista’ jkollu d-dubji fuqha.. Anke jekk ninsew il-marka ta’ sieq Kristu fuq il-blata tal-Axxensjoni, il-mistoqsija xorta tibqa’ tidwi: Kristu ħalla xi marka fid-dinja biex juri li rifes fuq il-blata li ngħixu fiha? Liema marka …

Alla magħna! – Kien, għadu u jibqa’ Kompli aqra »

Ġesù JIBQA’ PREŻENTI u JAĦDEM

Fuq naħa għandna FIRDA: Il-ktieb tal-Atti tal-Appostli jirrakkonta din il-ġrajja, il-firda aħħarija tal-Mulej Ġesù minn mad-dixxipli u minn din id-dinja. Fuq naħa oħra: MANDAT/MISSJONI L-evanġelju ta’ San Mattew jippreżentalna l-mandat li Ġesù ta lid-dixxipli: l-istedina biex imorru, jitilqu, sew f’arthom kif ukoll f’artijiet oħra, u jxandru lill-ġnus kollha il-messaġġ tiegħu tas-salvazzjoni.   “Morru” jew aħjar “ITILQU” jsiru l-kliem ċentrali tal-festa tal-lum: Ġesù jitlaq lejn il-Missier (Nikkontemplaw l-umanità tagħna, għall-ewwel darba …

Ġesù JIBQA’ PREŻENTI u JAĦDEM Kompli aqra »

it-tajjeb, is-sabiħ u l-għaref

It-Tentazzjonijiet prinċipali tagħna l-bnedmin – fejn naħsbu li ser insiru Alla. Li t-tajjeb ifisser biss dak li jissodisfa l-bżonnijiet materjali tagħna: l-ikel, il-flus, il-propjetà, il-kumdità…u hawn ġejna utilitaristi – x’inhu tajjeb għax jissodisfani…affarijiet oħra le, għax ngħidu jkollna d-drittijiet umani, imma ma jkunux verament drittijiet umani. Rigward din l-ewwel tentazzjoni li l-ispirtu l-ħażin għamel lil Adam u Eva, hekk ukoll isib lil Ġesù fid-deżert… It-tentatur jipprova jbiegħed lil Ġesù mill-proġett …

it-tajjeb, is-sabiħ u l-għaref Kompli aqra »

niskandaljaw….

Il-Festa ta’ San Pawl, festa għal qalbna. Issa hawnehkk  għandna tempesta….u wkoll naraw kif minn tempesta ħareġ il-ġid. Alla li nqeda bit-tempesta biex jiġi fostna l-Appostlu tal-Ġnus ħalli Malta titgħammed fi Kristu. U naraw li t-tempesta hija laqgħa ta’ Alla magħna. Li Alla jaħdem ukoll permezz tan-natura, u li fit-tempesta jaħdem Alla… U dan x’jrid jgħdilna? Li d-diżżapunti tagħna huma l-appuntamenti ta’ Alla.  U għalhekk kemm hu mportanti li nirriflettu …

niskandaljaw…. Kompli aqra »

jisimni Pawlu!

Kif nista’ nkun Pawlu ieħor? 1 Qari l-esperjenza ta’ Pawlu fil-vjaġġ tiegħu lejn Malta turina dak li jgħid l-awtur tal-Ktieb tal-Għerf – int uerjt li tista’ tħarsu minn kull tiġrif…. fil-ħajja tagħna ngħaddu minn diversi maltemp… ngħidu aħna il-baħar imqalleb bħalma kien fil-każ ta’ S. Pawl imma il-Mulej illum qiegħed jgħidilna jiena nħarsek minn kull tiġrif… kien hemm xi drabi fejn ħassejt li kont għaddej mill-maltemp fil-ħajja imma l-Mulej ħarsek …

jisimni Pawlu! Kompli aqra »

min hu l-hieni?

Min hu l-umli? Il-profeta Sofonija qiegħed jikteb ftit qabel riforma (bidla mir-Re Ġożija) u matul dan iż-żmien kien hemm diversi azzjonijiet moralment ħżiena bħal korruzzjoni, inġustizzji, abbużi tal-poter eċċ… huma kollha sitwazzjonijiet li ngħaddu minnhom illum il-ġurnata fil-ħajja tagħna…esperjenzi diffiċli u li jħallu marka fil-ħajja tagħna. Illum il-profeta Sofonija qiegħed iħeġġiġna biex infittxu l-ewwel u qabel kollox lil Mulej… hekk jibda l-qari tal-lum: fittxu lill-Mulej ilkoll.. U jien kif qiegħed …

min hu l-hieni? Kompli aqra »

Scroll to Top