Gospel

il-familja mqaddsa

F’dan l-aħħar Ħadd tas-sena kalendarja, il-knisja tiċċelebra il-festa tal-Familja Mqaddsa. Fl-Evanġelju ta’ dan il-Ħadd niltaqgħu ma’ Xmun, raġel li kien qiegħed b’fidi kbira jistenna li jara l-Messija, fejn dan jgħid lil Marija, li ‘sejf, jinfidlek ruħek!’.  Ftit qabel l-Evanġelista jgħidilna li Marija u Ġużeppi baqgħu mistagħġba b’dak li Xmun kien qiegħed jgħid fuq Ġesu’. Hawn wieħed jista’ jara kemm Marija għandha tkun mudell għalina, għax minkejja t-tbatija li ħabbrilha Xmun, …

il-familja mqaddsa Kompli aqra »

Tweldilna salvatur li hu Kristu l-Mulej

Tweldilna salvatur li hu Kristu l-Mulej F’dan iż-żmien tant sabiħ u għażiż għalina l-insara, iż-żmien tal-Milied, wieħed jista’ faċilment jagħmel il-mistoqsija, ‘Imma għaliex Alla iddeċieda li jsir bniedem bħalna?’ Ir-risposta hija l-imħabba. Quddiem il-misteru tal-inkarnazzjoni tat-tieni persuna tat-Trinita’ Qaddisa, niġu konxji ta’ kemm aħna għeżież quddiem Alla. Alla ma riedx li aħna mmutu iżda li flimkien miegħu ngħixu għal dejjem. Huwa dan li ħabbru l’anġli lir-rgħajja, ‘Illum tweldilkom salvatur’. Alla …

Tweldilna salvatur li hu Kristu l-Mulej Kompli aqra »

‘Ħa jsir minni skond kelmtek’

Il-figura ċentrali f’dan l-aħħar Ħadd tal-Avvent hija Marija. Ir-rakkont tal-Vanġelu li l-knisja qeghda tippreżentalna għal dan il-Ħadd jitkellem dwar it-tħabbira tal-anġlu Gabriel lil Marija, rakkont li min jaf kemm-il darba smajnieh sa minn meta konna żgħar fil-klassijiet tad-duttrina. Minkejja dan, huwa rakkont attwali ħafna, rakkont li għadna nistgħu narawh fil-ħajja tagħna. Dan għaliex Marija tista tkun mudell għalina b’ diversi modi. Lilna Alla, bħalma għamel ma’ Marija, jistedinna biex fil-ħajja …

‘Ħa jsir minni skond kelmtek’ Kompli aqra »

ifraħ!

It-tielet Ħadd tal-Avvent iġib miegħu bidla fil-kulur li jintuża fil-liturġija. Is-saċerdot jiċċelebra il-quddies bil-kulur roża minfolk bil-vjola. Dan għaliex f’ nofs din il-mixja li aħna bħala nsara qegħdin nagħmlu f’dan l-avvent biex dejjem iżjed ninbidlu  għall-aħjar, il-knisja tħeġġiġna biex nifirħu bil-miġja ta’ Kristu fostna. L-ewwel parti tal-ewwel qari tikseb l-importanza tagħha fil-fatt li Ġesu’ fis-sinagoga ta’ Nazaret jaqra din il-parti mill-profeta Isaija u jagħmilha tiegħU. Kristu jgħid, ‘Din il-kitba seħħet …

ifraħ! Kompli aqra »

inwitti t-triq

F’dan it-tieni Ħadd tal-Avvent, il-knisja tkompli tippreparana għal miġja ta’ Ġesu’ fostna. Fl-ewwel qari, il-profeta Isaija jsemmi li biex inwittu mogħdija għall-Mulej irridu nħottu il-muntanji u l-għoljiet u nordmu l-widien. X’inhuma l-muntanji, l-għoljiet u l-widien? Għalkemm Isaija seta’ kien qed jitkellem b’mod litterali, il-muntanji, l-għoljiet u l-widien jistgħu ikun preżenti ukoll fil-ħajja tagħna. F’kelma waħda dawn huma id-dunb, dik il-ħaga li lili tifridni minn ma’ Ġesu’, li ttellifni milli nipparteċipa …

inwitti t-triq Kompli aqra »

Rieqed?

Nhar il-Ħadd li ġej il-Knisja tagħti bidu għaż-żmien tal-Avvent, żmien fejn aħna l-insara niċċelebraw it-twelid ta’ Sidna Ġesu Kristu iżda ukoll aħna mħeġġin biex f’dan iż-żmien naħsbu fuq u nħejju lilna nfusna għat-tieni miġja ta’ Ġesu’ dik fl-aħħar tad-dinja. F’dan l-ewwel Ħadd tal-Avvent, il-knisja tippreżentalna silta fejn Ġesu’ qiegħed iħejjijna propju għal dan iż-żmien. Aħna bħall-qaddejja fis-silta, ilkoll għandna r-responsabiltajiet tagħna, kull wieħed skond l-istat tal-ħajja tiegħu. Tajjeb li nagħmlu …

Rieqed? Kompli aqra »

Il-festa

Il-festa tat-tieġ hija t-tixbiha tal-laqgħa tal-imħabba bejn Alla u l-poplu ta’ Iżrael. L-għarus huwa Kristu u l-għarusa hija l-umanità kollha (minkejja li jkun hemm mumenti ta’ ġlied, għira, gwerer eċċ, il-Mulej xorta jibqa’ jħobbha). l-ikla/mejda tirrappreżenta l-ferħ ġenwin tas-saltna t’Alla. Is-saltna t’Alla fil-Bibbja m’hiex ippreżentata bħala kappella fejn tmur titlob, fejn kulħadd jitlob bil-kwiet jew f’xi kunvent fejn hemm is-skiet u s-silenzju…imma hija ikla fejn kulħadd jiltaqa’ u jitkellem…kulħadd jieħu …

Il-festa Kompli aqra »

Inti mistieden. X’ser tagħmel?

L-istedina għas-salvazzjoni hija miftuħa għal kulħadd, u dan kemm-il darba aħna tassew naċċettawha. Bir-rifjut ta’ dawk li kienu oriġinalment mistiedna, is-Sultan jerġa’ jirrepeti li t-tieġ huwa LEST. Hemm din l-urġenza biex wieħed jirrispondi għal din is-sejħa. Il-qaddejja ma jintbgħatux fid-djar tas-sinjuri, imma f’salib it-toroq. Hemmhekk jiltaqgħu dawk li huma mwarba mis-soċjetà, dawk li jiġbru t-taxxi, n-nisa tat-triq etc. U huwa dawn li jkunu mistiedna sakemm is-sala tat-tieġ tkun mimlija. Aħna …

Inti mistieden. X’ser tagħmel? Kompli aqra »

dik tiegħi!

Is-Sid tal-għalqa huwa l-Mulej u l-għalqa hija Israel, il-bdiewa huma l-kapijiet tal-Lhud, il-qaddejja huma l-profeti li marru jippruvaw iwasslu l-messaġġ ta’ ġustizzja u paċi f’diversi żminijiet fl-istorja tal-Bibbja, l-iben huwa Kristu li keċċewh u salbuh ‘il barra mill-Belt (mill-ħitan ta’ Ġerusalemm) Il-ħajt tas-sejjieħ kien iservi biex jipproteġi d-dielja minn xi annimali salvaġġi kif ukoll minn xi ħallelin li jippruvaw jisirqu. It-torri kien iservi biex tara jekk hux ġejjin xi ħallelin …

dik tiegħi! Kompli aqra »

għeneb ħelu jew qares?

Din il-parabbola tirrakkonta fil-qosor l-istorja tas-salvazzjoni li hi storja ta’ mħabba min-naħa ta’ Alla imma kien hemm reżistenzi min-naħa tal-mexxejja tal-poplu t’Alla li qatlu lill-profeti u l-messaġġiera ta’ Alla, saħansitra lil Ibnu li miet barra s-swar tal-belt ta’ Ġerusalemm. Aħna llum l-poplu t’Alla. Aħna li naħdmu l-għalqa tad-dwieli. Huwa jistenna li jkun hemm il-frott, u l-frott li jibqa’. Il-mistoqsija li nistaqsu lilna nfusna Kif qegħdin nagħmlu dan? Kemm aħna aħjar …

għeneb ħelu jew qares? Kompli aqra »

Scroll to Top