L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna Konkatidral ta’ San Ġwann, Valletta 14 ta’ Settembru 2017 “Tinsewx l-għemejjel kbar ta’ Alla” (S 77, 7). Hekk kantajna fis-Salm Responsorjali li huwa parti mil-Liturġija tal-kelma f’din il-festa għażiża tal-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes, “tinsewx l-għemejjel kbar ta’ Alla”. Il-Provinċjal, Fr Ray Francalanza, lejn it-tmiem tal-introduzzjoni tiegħu, tkellem dwar id-dilemma li kellu u li kellha l-Provinċja Agostinjana dwar jekk għandhiex tiċċelebra dan il-200 anniversarju mit-twaqqif tagħha.