Aħbarijiet

Qum aqbad friexek u imxi – Lajċi Agostinjani

Nhar it-Tnejn, 2 ta’ Marzu, il-Kummissjoni Provinċjali tal-Lajċi Agostinjani organizzat Ċelebrazzjoni Penitenzjali tar-Randan għal-lajċi. Din iċ-ċelebrazzjoni saret fil-Kappella ta’ l-Iskola Santa Monika, B’Kara, L-ewwel ċċelebrajna il-quddiesa, u wara bdejna il-Penitenzjal li kien immexxi mis-Sur Godfrey Scicluna, membru fil-Kummissjoni. Il-Penitenzjal kien jinkludi riflessjoni minn Sr. Vania Bonello, Agostinjana, fuq it-tema: “Qum, aqbad friexek u imxi”. Kien hemm ukoll diversi Patrijiet Agostinjani għall-qrar. Waqt il-qrar saru diversi riflessjonijiet adattati għal minn Żmien […]

Qum aqbad friexek u imxi – Lajċi Agostinjani Kompli aqra »

Il-Provinċjal jaqsam l-esperjenza tiegħu wara żjara lil P. Luċjan f’Kuba

Fil-jiem li għaddew għamilt żjara ta’ erbat ijiem lil ħuna P.Luċjan f’Kuba. Fil-belt kapitali Havana, P. Luċjan jgħix flimkien ma’ reliġjuż ieħor spanjol (P. Miguel Angel). Filfatt issa d-delegazzjoni kollha ta’ Kuba, fejn għandna 3 komunitajiet, taqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Provinċja ġdida Spanjola. M’hemmx għalfejn ngħidilkom li laqgħuni mmens u kienet esperjenza pożittiva li nara l-ħidma tagħhom u naqsam magħhom dawn il-jiem. Filfatt il-komunita li jgħixu fiha hija wkoll parroċċa u

Il-Provinċjal jaqsam l-esperjenza tiegħu wara żjara lil P. Luċjan f’Kuba Kompli aqra »

Pasta Night f’Ta’ Soldi b’risq il-Missjonijiet Agostinjani

Bħal kull sena s-Segretarjat Missjonijiet Agostinjani matul is-sena jibda  jipprepara grupp ta’ żgħażagħ biex jagħmlu esperjenza missjunarja fl-Afrika. Biex wieħed jagħmel ċerti proġetti b’risq ħutna fil-bżonn, neħtieġu dejjem tal-flus. Il-grupp ta’ din is-sena diġà għaddej ġmielu bil-ħidma biex jiġbor il-flus li għandu bżonn. Għal żmien il-Milied sar bejgħ ta’ “Christmas logs”. Il-ġimgħa saret “Pasta Night” f’restorant, fejn  għal din l-attività ġew mal-116 il-ruħ. Kien mument sabiħ ħafna, ammont sabiħ ta’

Pasta Night f’Ta’ Soldi b’risq il-Missjonijiet Agostinjani Kompli aqra »

Live-ins u attivitajiet mit-Tagaste Voc Club

Bejn il-Ġimgħa 21 u l-Ħadd 22 ta’ Frar kienu organizzati żewġ live-ins għall-istudenti li jiffurmaw parti mit-Tagaste Voc Club li jsir darba fix-xahar wara l-ħin tal-iskola. L-ewwel live-in li kien mill-Ġimgħa 21 sas-Sibt 22 ta’ Frar kien indirizzat għall-istudenti li qegħdin fil-Years 7 u 8 fil-kulleġġ Santu Wistin, filwaqt li bejn is-Sibt 22 ta’ Frar sal-Ħadd 23 ta’ Frar sar il-live-in għall-istudenti tal-Yr 9 u 10. F’dawn il-jiem l-istudenti kellhom

Live-ins u attivitajiet mit-Tagaste Voc Club Kompli aqra »

Laqgħa għall-iskejjel Agostinjani fl-Ewropa

Unitas, Caritas u Veritas kienu l-kliem li jiddeskrivu dan il-mument sabiħ li għixu 2 assistant heads mill-kulleġġ tagħna (Mr Duncan Caruana – Primarja u Mr Glenn Mifsud – Sekondarja) flimkien ma’ Fr. Terence Spiteri osa (Chaplain tal-kulleġġ Santu Wistin). Din il-laqgħa saret bejn il-ġimgħa 28 ta’ Frar sal-Ħadd 1 ta’ Marzu f’Carlisle l-Ingilterra. F’din il-laqgħa kien hemm rappreżentanti minn skejjel Agostinjani fl-Ewropa bħal Spanja, Repubblika Ċeka u l-Ingilterra. Matul dawn

Laqgħa għall-iskejjel Agostinjani fl-Ewropa Kompli aqra »

Ġurnata t’Attivitajiet spiritwali f’Ras ir-Randan

F’Ras ir-Randan l-istudenti tas-sekondarja tal-Kulleġġ Santu Wistin kellhom l-opportunità li jirriflettu u jitolbu flimkien. Din il-ġurnata li kienet organizzata mic-Chaplaincy Team tas-sekondarja flimkien ma’ diversi edukaturi kienet tikkonsisiti f’diversi mumenti u kull klassi kellha l-opportunità li ddur u tgħix dawn il-mumenti kollha, fosthom: Att Penitenzjali u r-Rit tal-Irmied flimkien mas-sagrament tal-Qrar offrut minn diversi aħwa Agostinjani li ġew joffru l-ħin tagħhom, Film b’tema riflettiva, laqgħa formattiva fuq is-saħħa mentali minn

Ġurnata t’Attivitajiet spiritwali f’Ras ir-Randan Kompli aqra »

Laqgħa ta’ preparazzjoni għall-Assemblea Provinċjali 2020

Nhar l-Erbgħa, 19 ta’ Frar 2020, fil-Kulleġġ Santu Wistin, saret laqgħa għall-Patrijiet kollha tal-Provinċja. Din kienet waħda minn sensiela ta’ laqgħat li qed isiru bi preparazzjoni għall-Assemblea Provinċjali 2020, fejn il-patrijiet ser jagħmlu evalwazzjoni tal-ħajja u l-ħidma tagħhom fis-sentejn li għaddew, u jirriflettu wkoll fuq il-futur. Għal din il-laqgħa ta’ nhar l-Erbgħa kien mistieden Fr. Robert Marsh, Superjur Provinċjali tal-Provinċja Agostinjana ta’ l-Ingilterra u Skozja.  Wara t-talb tal-Għasar, Fr. Marsh

Laqgħa ta’ preparazzjoni għall-Assemblea Provinċjali 2020 Kompli aqra »

Esperjenza bejn il-Ġenerazzjonijiet

Bħala grupp taż-żgħażagħ ħassejna l-ħtieġa ta’ attività li tgħaqqadna mhux biss bejnietna iżda wkoll mas-soċjetà barra l-grupp tagħna. Iddeċidejna li nżuru d-dar tal-anzjani Casa Leone XIII u nqattgħu n-nofstanhar ta’ filgħodu mar-residenti ta’ din id-dar. Kienet esperjenza ferm aħjar milli stennejt, li imlietni f’sodisfazzjon. Bdejna l-ġurnata billi ħadna sehem fil-quddiesa mar-residenti anzjani tad-dar u flimkien animajna l-quddiesa. Il-quddiesa kienet l-aħjar mod possibbli biex bdejna l-ġurnata. Wara l-quddiesa morna ma’ xi

Esperjenza bejn il-Ġenerazzjonijiet Kompli aqra »

Nimxu flimkien…Żgħażagħ u anzjani

Nhar il-Ħamis, 23 ta’ Jannar 2020 saret laqgħa għal-lajċi agostinjani fil-Kulleġġ Santu Wistin, il-Pieta’. It-tema tal-laqgħa kienet: Nimxu flimkien żgħażagħ u Anzjani. Din it-tema ħarġet mill-Eżortazzjoni tal-Papa Franġisku: Christus Vivit….frott tas-Sinodu li l-Knisja għamlet dwar iż-żgħażagħ f’Ottubru tal-2018. Fil-bidu tal-laqgħa saret preżentazzjoni tal-ħajja tal-Beatu Agostinjan Stiefnu Bellesini. Dan il-Beatu huwa magħruf għall-ħidma edukattiva tiegħu mat-tfal u ż-żgħażagħ. Wara tlabna it-talba tal-Għasar. F’dan il-Għasar inqrat silta mill-kitbiet tal-Beatu Stiefnu Bellesini dwar

Nimxu flimkien…Żgħażagħ u anzjani Kompli aqra »

Żjara ta’ l-Assistent Ġenerali P. Luis Marin f’Malta

Bejn il-15 u s-17 ta’ Jannar P. Luis Marin de San Martin, Assistent Ġnereali tal-Ordni ta’ Santu Wistin għamel żjara fil-Provinċja tagħna. P. Luis Marin huwa l-Assistent Ġenerali responsabbli mill-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Ewropa, jiġifieri Spanja, l-Italja u Malta, u għadu kif ġie kkonfermat għal perjodu ta’ sitt snin oħra fil-Kapitlu Ġenerali tal-Ordni ta’ Settembru li għadda. Ma’ P. Luis Marin, kien hawn anke P. Enrique Martin li bħalissa huwa s-Surmast tan-Novizzjat

Żjara ta’ l-Assistent Ġenerali P. Luis Marin f’Malta Kompli aqra »

Scroll to Top