Author name: Fr Terence Spiteri

Beatu Federiku minn Ratisbona – 29 ta’ Novembru

Twieled f’Ratisbona minn ġenituri ta’ klassi medja u daħal fratell lajk fil-kunvent ta’ Santu Wistin. Kien jaqdi lill-komunità bħala mastrudaxxa u kien iġib ukoll l-ħatab għall-użu ta’ kuljum. Waqt li kien jaħdem kien jitlob u għalhekk kien magħruf għal qdusija, għall-umiltà u għad-devozzjoni kbira li kellu għall-Ewkaristija. Ftit nafu fuq ħajtu iżda hemm xi ġrajjiet. Fil-bidu tas-seklu għoxrin instabu tnejn minnhom fil-bibljoteka tal-kapitlu metropolitana ta’ Pariġi u ġew ippubblikati mill-kanonku […]

Beatu Federiku minn Ratisbona – 29 ta’ Novembru Kompli aqra »

Santa Madalena ta’ Nagasaki – 29 t’Ottubru

Tifla ta’ nsara nobbli li twieldet fl-1611 viċin Nagasaki. Skond il-manuskritti antiki kienet tfajla fina, dedikata u ħelwa. Missierha, ommha u ħutha ġew ikkundannati għall-mewt għat-twemmin tagħhom meta ħija kienet għadha żgħira ħafna. Fl-1624 saret taf żewġ Agostinjani Rikolletti Franġisku ta’ Ġesù u Vinċenzu ta’ Sant’Anton. Miġbuda mill-ispiritwalità ta’ dawn il-missjunarji ikkonsagrat lilha nnfisha ‘l Alla bħala terzjarja Agostinjana Rikoletta. Minn dak in-nhar il-libsa tagħha tal-festa kienet dik tat-terzjarji u

Santa Madalena ta’ Nagasaki – 29 t’Ottubru Kompli aqra »

Beata Marija Tereża Fasce – 12 t’Ottubru

Twieldet f’Torriglia (Genova), kellha karattru sod, kienet tħobb it-talb u l-ġabra iżda kienet ukoll mimlija ħajja u ċajtiera dejjem lesta biex taħtaf il-mument li fih tagħmel xi ħaġa tajba. Il-ħajja fil-monasteru daħlet f’qalbha iżda kellha titlob ħafna u tbati sakemm daħlet fl-oasi li Alla kien sejħilha għalih. Il-monasteru ta’ Santa Rita ta’ Cascia laqagħha bħala postulanta meta kellha 25 sena fis-6 ta’ Ġunju 1906. Fil-lejl tal-Milied offriet żgħożitha lill-Mulej u

Beata Marija Tereża Fasce – 12 t’Ottubru Kompli aqra »

Beatu Tumas Jihoye ta’ Santu Wistin – 28 ta’ Settembru

Il-persekuzzjonijiet mhux biss joħolqu l-martri iżda kemm-il darba jagħmlu wkoll “suldati ta’ Kristu”. Hekk kien Tumas Jihyoe, Agostinjan Ġappuniż, li kien suldat bl-isem ta’ nisrani waqt il-persekuzzjoni kontra l-insara fis-seklu XVII. Għal ħames snin lagħab bis-suldati ta’ l-imperatur li kien qed ifittxuh biex jaqbduh għax kien saċerdot kattoliku. Twieled f’Omura viċin Nagasaki għal ħabta tal-1600. Il-ġenituri tiegħu, għalliema tar-reliġjon, mietu t-tnejn martri għall-fidi tagħhom. Minn meta kien għadu żgħir hu

Beatu Tumas Jihoye ta’ Santu Wistin – 28 ta’ Settembru Kompli aqra »

Beatu Xmun Fidati minn Cascia – 16 ta’ Frar

Ġej mill-familja Fidati u twieled f’Cascia għall-ħabta tal-1290. Wara li għal ftit wera nteress għal-letteratura u mexa wara t-tagħlim tal-Franġiskan Fra Anġlu Clareno huwa ħa l-libsa ta’ Agostinjan. Ħajtu għaddieha jippriedka speċjalment fis-Toscana. Kien iċanfar il-midimbin mingħajr biża’ u d-dixxiplina soda tiegħu tferrxet ukoll fost dawk li riedu jagħmlu ħbieb miegħu u li minn xi daqqiet dawn ġew imwiddba minnu. Iżda kliemu mimli mħabba u żelu kien imfaħħar minn dawk

Beatu Xmun Fidati minn Cascia – 16 ta’ Frar Kompli aqra »

Beatu Wistin Novello minn Tarano – 19 ta’ Mejju

Twieled għall-ħabta tal-1240 f’Tarano (Rieti – l-Italja) u ngħata l-isem ta’ Mattew. Wara li studja l-liġi fl-Università ta’ Bolonja, ħadem fil-Kanċellerija tar-Renju ta’ Sqallija, fir-residenza uffiċjali tar-Re Manfredi. Meta miet ir-Re fit-taqtigħa ta’ Benevento (1266) u huwa biss safa ferut u marad ddeċieda li jbiddel ħajtu. Telaq minn Sqallija u nġabar fl-eremitaġġ ta’ Rosia, viċin Siena, fejn ipprofessa bħala sempliċi Fratell lajk bl-isem ta’ Wistin. Jgħidu li sar magħruf wara

Beatu Wistin Novello minn Tarano – 19 ta’ Mejju Kompli aqra »

Santu Wistin minn Ippona – 28 t’Awwissu

Lill-qarrej: “…billi ridt li l-knisja vera, qaddisa u kattolika ta’ Kristu l-Mulej tibbenefika minn dak kollu li jien irċevejt mill-għerf u l-kelma, ma ridtx jgħaddi fis-skiet dak li rajt u smajt mill-ħajja u mid-drawwiet ta’ Wistin, li kien predestinat u fl-istess waqt irrivelat bħala Isqof tajjeb” (Intr.1).        “Mhux sejjer nirrakkonta dak li l-istess Beatu Wistin innifsu espona fil-kotba tiegħu tal-Istqarrijiet dwaru nnifsu, kif kien qabel ma rċieva grazzja u

Santu Wistin minn Ippona – 28 t’Awwissu Kompli aqra »

Beata Veronika Negroni minn Binasco – 13 ta’ Jannar

Dwar Veronika nafu li twieldet f’Binasco fil-provinċja ta’ Milan fl-1445 minn familja ta’ raħħala u li kellha l-biża’ t’Alla, iżda ommha tant kienet fqira li anqas setgħet tagħtiha ftit skola. Ta’ tnejn u għoxrin sena “wara ħafna talbiet irnexxielha tilbes l-libsa ta’ Santu Wistin” bħala lajka fil-monasteru ta’ Santa Marta ta’ Milan fejn damet ħajjitha kollha tagħmel l-iżjed xogħol baxx tad-dar u tiġbor il-karità. Kienet fidila għax-xejra ta’ dawk iż-żminijiet

Beata Veronika Negroni minn Binasco – 13 ta’ Jannar Kompli aqra »

San Tumas ta’ Villanova – 10 t’Ottubru

Twieled f’Fuenllana, Ciudad Real (Spanja) minn ġenituri reliġjużi u li minnhom wiret l-imħabba lejn il-proxxmu. Huwa ħa l-isem mill-belt ta’ Villanueva de los Infantes, li fiha marret toqgħod il-familja. Ta’ ħmistax il-sena bagħtuh biex jistudja l-università ta’ Alcalà fejn fl-1509 ġa it-titlu ta’ għalliem tal-loġika, fiżika u metafiżika. Għal tliet snin studja t-teoloġija u waqaf biss bejn l-1512 u l-1516 meta ħa l-katedra tal-loġika. Il-ħmistax –il sena li dam f’Alcalà

San Tumas ta’ Villanova – 10 t’Ottubru Kompli aqra »

Beatu Stiefnu Bellesini – 3 ta’ Frar

Twieled fi Trento ġo familja sinjura u ta’ tmintax-il sena daħal Agostinjan fil-kunvent ta’ San Mark. Mar Bologna għan-novizzjat u wara Ruma, iżda reġa’ mar lura Bologna biex jistudja l-filosofija u t-teoloġija. Imġiegħel mit-truppi ta’ Napuljun biex jitlaq mill-istat tal-Papa mar lura Trento fejn ġie ordnat saċerdot fl-1797. Għex fil-kunvent ta’ San Mark sal-1809 meta dan ġie magħluq. Rega’ mar mal-familja u ntefa fuq l-għajnuna lit-tfal u fetaħ skola b’xejn

Beatu Stiefnu Bellesini – 3 ta’ Frar Kompli aqra »

Scroll to Top