Author name: Provinċja Agostinjana

Lejn fejn sejra ħajti?

Lejn fejn sejra ħajti? Liema direzzjoni ħadet, qabdet, qiegħdha? Mistoqsija li ħafna persuna jistaqsu, għaliex ħafna drabi l-aktar affarijiet importanti fil-ħajja huma mitlufa fil-materjaliżmu u hedoniżmu. Naqraw stejjer ta’ persuni li jfittxu li jagħtu lil ħajja tagħhom direzzjoni ġdida, għaliex ħafna affarijiet (fosthom il-ġid u l-popolarità) ħallewhom b’sens kbir ta’ vojt fil-ħajja tagħhom. Huma d-deċiżjonijiet fundamentali li jagħtu direzzjoni lil ħajjitna. Fil-fatt fl-Evanġelju skont San Luqa, naraw li beda l-vjaġġ

Lejn fejn sejra ħajti? Kompli aqra »

Fr. Raymond Francalanza osa

Is-sejħa Agostinjana X’jagħmlek Agostinjan? Naħseb l-isbaħ ħaġa li ngħożż hi li nista’ naqsam il-vjaġġ ta’ ħajti u l-ħidma pastorali fil-Knisja ma’ sħabi…mhux waħdi! Il-Kariżma agostinjana fid-dinja tal-lum Nemmen li l-ikbar servizz li nistgħu noffru bħala Agostinjani, hu li nkunu bennejja ta’ komunitajiet..u li nimxu ma kull persuna …anke fid-domandi tagħhom u tagħna. M’għandniex jkollna għaġġla nagħtu tweġibiet…id-domandi għandhom ċertu ritmu fihom infushom…jinħadmu fina nfusna u maż-żmien jagħtu l-frott. Din kienet

Fr. Raymond Francalanza osa Kompli aqra »

Augustine Deformed

“Augustine Deformed: Love, Sin and Freedom in the Western Moral Tradition” huwa ktieb tal-professur John M. Rist, ippublikat fis-sena 2014 mill-Cambridge University Press. Kif nafu, Wistin stabbilixxa qafas morali li ddominat l-kultura tal-Punent għal aktar minn elf sena. Fil-preżentazzjoni tiegħu, xi drabi parzjali, ta’ xi wħud mill-kunċetti ewlenin tal-morali (l-imħabba, ir-rieda u l-libertà), madankollu, xi ħassieba sussegwenti f’tentattivi biex issir tiswija ta’ dan il-qafas, u fl-isforzi tagħhom, ta’ spiss aggrava

Augustine Deformed Kompli aqra »

Min tgħidu li jien?

Ġesù wkoll jagħmel survey żgħir …jistaqsi lil ta’ madwaru x’jaħsbu n-nies fuqu…u d-dixxipli jsibuha faċli u jgħidulu. Imma Ġesù jdawwar d-domanda għal fuqhom personali. “Intom min tgħidu li jien? Mhux x’nagħmel, imma min jien għalikom?..Hija domanda għalihom, għalik u għalija.. Domanda diretta. Min hu Ġesù għalija konkretament f’ħajti? Mistoqsija qawwija – li ġieli nsaqsu f’relazzjonijiet – għaliex tħobbni lili? X’infisser għalik? X’inhu l-iskop vera ta’ ħajti? Għalfejn għażilt din it-tip

Min tgħidu li jien? Kompli aqra »

Fr. Josef Sciberras osa

Min hu? Meta twelidt u fejn trabbejt?  Jiena mill-Fgura u twelidt f’Ġunju tal-1975. Fejn kont tattendi skola (primarja, sekondarja, post-sekondarja)?  Skola primarja tal-Fgura, wara l-Liċeo Mikiel Anton Vassalli f’Tal-Ħandaq u s-Sixth Form l-Imsida. Meta ġietek is-sejħa għall-ħajja agostinjana u x’ħajrek?  Għal diversi snin ħassejt is-sejħa għall-ħajja kkonsagrata, imma l-kuntatt mal-Agostinjani beda fis-sajf tal-1989 wara promozzjoni li kienet saret fil-Liċeo M. A. Vassalli. Wara esperjenza ta’ ftit jiem fid-dar ta’ San Pawl il-Bahar,

Fr. Josef Sciberras osa Kompli aqra »

Water Is Thicker Than Blood, an Augustinian Theology of Marriage and Singleness

Water Is Thicker Than Blood, an Augustinian Theology of Marriage and Singleness, ktieb ta’ Jana Marguerite Bennett, ippublikat mill-Oxford University Press fl-2008.  Mit-titlu wieħed igħid – imma b’mod xjentifiku d-demm huma aktar oħxon mill-ilma, u allura għaliex dan it-titlu? Dan il-ktieb jikkunsidra kif id-djar, l-familji u l-ħajja domestika huma relatati mal-Knisja. F’teoloġiji bikrija kienet iktar iglorifikata l-ħajja monastika bħala triq aktar diretta għall-ġid sopranaturali, filwaqt li ħassieba kontemporanji jaraw li

Water Is Thicker Than Blood, an Augustinian Theology of Marriage and Singleness Kompli aqra »

Scroll to Top