Kemm hu sabiħ il-wens fil-ħajja
Marija Omm il-Konsolazzjoni Kemm hu sabiħ il-wens fil-ħajja.Sabiħ għal kulħadd imma speċjalment għall-dawk li jħossuhom jew huma waħdihom.Min huwa waħdu u ma jsibx il-wens, is-solitudni tiegħu jew tagħha tkun itqal milli hi. U meta qed ngħid solitudni, mhux biss solitudni fiżika – tkun tgħix waħdek imma hemm diversi esperjenzi fil-ħajja tagħna l-bnedmin fejn inħossuna waħidna, inħossuna mitluqin mill-oħrajn, jekk mhux ukoll emarġinati mill-oħrajn, jiġifieri, ħaddieħor jpoġġina fil-ġenb. Għandna solitudni morali,
Kemm hu sabiħ il-wens fil-ħajja Kompli aqra »
San Eżekjel Moreno
Twieled fir-raħal t’Alfaro f’Navarra fi Spanja fl-1848. Bħal ħuh, Eżekjel ingħaqad mal-Familja Agostinjana tar-Rekolletti. Wara ftit ta’ żmien Moreno flimkien ma’ 17-il saċerdot oħrajn intbagħtu fil-Filippini fejn ġie ordnat saċerdot fl-1871. Fil-Filippini wettaq l-ewwel ħidma tiegħu pastorali bħala saċerdot Agostinjan, li damet madwar 15-il sena. Fl-1885 waqt il-kapitlu provinċjali (laqgħa li fiha l-provinċja tiltaqa’ biex tiddiskuti u tippjana l-ħidma tagħha għas-snin li jkunu ġejjin) Eżekjel Moreno sar Pirjol tal-kunvent f’Monteagudo
San Eżekjel Moreno Kompli aqra »
għinni biex inxerred il-fwieħa tiegħek
Għażiż Ġesù, għinni biex inxerred il-fwieħa tiegħek kull fejn immur. Fawwar il-qalb tiegħi bl-Ispirtu u l-Ħajja tiegħek. Idħol ġewwa fija u ħu kontroll tiegħi nnifsi kollni kemm jien, b’mod li l-ħajja tiegħi tkun tirrifletti lilek biss. Iddi minn ġo fija, kun ġo fija b’mod li kull persuna li niġi f’kuntatt magħha tħoss fija l-preżenza tiegħek. Ħalli jħarsu u jaraw mhux aktar lili, imma lilek biss! Ibqa’ miegħi, ħalli nsir niddi
għinni biex inxerred il-fwieħa tiegħek Kompli aqra »
Augustine through the Ages: An Encyclopedia
Allan D. Fitzgerald (Editor) Expert and accessible, Fitzgerald’s work is the first encyclopedic treatment of the life and thought of Augustine of Hippo. More than 140 leading international scholars have contributed over 400 articles (many of which have never been published in English) on nearly every aspect of Augustine’s life.
Augustine through the Ages: An Encyclopedia Kompli aqra »
Santu Wistin jiktbilna…
Għażiż/a Jisimni Wistin. Għalkemm għext żmien ilu, għadni ħaj illum permezz tal-ħafna kitbiet li ħallejt warajha. Nixtieq li permezz ta’ din l-ittra ċkejkna nagħmlu bħal encounter bejnietna ta’ dak li għext, esperjenzajt, ġarrabt, irriflettejt, u ta’ kemm Alla tas-sorpriżi kien preżenti kontinwament minkejja d-diversi dubji u diffikultajiet li ltqajt magħhom fiż-żgħożija tiegħi. Għaliex, jiena bniedem u ngħix qalb il-bnedmin u “x’inhi qalbi jekk mhux qalb umana?”. Għalhekk ħabib, dawn huma
Santu Wistin jiktbilna… Kompli aqra »