X’qed itaqqalna fil-ħajja? X’qed jagħmilna skjavi?
- Forsi kif qiegħda tinbidel is-soċjetà
- X’valuri għandna llum
- Il-fejn sejrin fil-ħajja tagħna u fis-soċjetà li qegħdin ngħixu
- X’irridu mill-ħajja – nuqqas ta’ sodisfazzjoni fil-ħajja
- Frustrazzjoni
- Kundizzjonijiet ibsin tal-ħajja
- Il-faqar fid-dinja
- Nies għajjenin, aljenati
- Mifnija taħt it-toqol tat-telqa u l-indifferenza (indifferenza tal-bnedmin u indifferenza tal-insara)
- Toqol ta’ struttura ekonomika li drabi tabbuża mill-bniedem
- Skjavi
- Tal-idea tagħna mingħajr ma nisimgħu u nħallu qalbna għal ideat differenti
- Tal-mobiles (li kważi sirna dipendenti fuqhom)
- Ta’ lifestyles short-term
Fejn ser inserħu l-qalb tagħna? Ma min ser nitkellmu?
«Ejjew għandi, intom ilkoll».
Jgħidu wkoll lil dawk li għandhom kollox, imma li għandhom qalbhom vojta għax fiha m’hemmx Alla.
“Ejjew għandi”. L-istedina ta’ Ġesù hi għal kulħadd.
Meta Ġesù jgħid dan, għandu quddiem għajnejh lill-persuni kollha li jiltaqa’ magħhom kull jum fit-toroq tal-Galilija: ħafna nies komuni, fqar, morda, midinbin, emarġinati… Dan-nies dejjem marru għandu biex jisimgħu l-kelma tiegħu – kelma li kienet tagħti t-tama! Kliem Ġesù dejjem jagħti t-tama!
Għalhekk aspett importanti mill-ministeru ta’ Ġesù huwa li jeħles lin-nies milli jifhmu r-reliġjon bħala xi ħaġa legalista, u jintroduċihom għal fidi immarkata mill-ĦELSIEN u mill-IMĦABBA. Ġesù li jagħtina l-ħelsien. Alla tagħna huwa Alla tal-libertà. Huwa aktar affarijiet oħra li ma humiex qed jagħtuna l-libertà, u qegħdin jaqqsu u jtaqqluna.
Fejn qegħdin f’dan il-vjaġġ? Min għenna u kien ‘Ġesù ieħor’ biex nsibu l-ħelsien, il-ferħ u l-mistrieħ fil-fidi tagħna?
Għalhekk ma nkunux ta’ toqol għal oħrajn bil-ġudizzji tagħna, bil-kritika distruttiva tagħna u l-indifferenza tagħna, imma nkunu ta’ għajnuna, ta’ akkumpanjament. Nagħtu xhieda tal-ħajja tagħna. Nsiru serħan għall-dawk kollha li għandhom bżonn l-għajnuna, il-ħlewwa u t-tama.
Huwa dejjem il-Mulej li jagħtina l-veru ħelsien. Qabel kollox ninħelsu mid-dnub, mill-egoiżmu fil-forom kollha tiegħu: dan il-ħelsien iwassalna biex ningħataw għall-oħrajn u dan nagħmluh bil-ferħ. Il-ħelsien tagħha f’Alla ssarraf f’imħabba. Dan hu l-ħelsien li Alla jagħtina u jeħtieġ li ma nitilfuhx: il-ħelsien li naduraw lil Alla, li naqdu lil Alla u li naqduh ukoll f’ħutna l-bnedmin.
fr. David Cortis osa