x’qalb ser ikolli?

samaritan.jpg

U l-isfida li ppruvaw ipoġġu lil Ġesù, Ġesù reġa poġġilhom sfida oħra lura u issa dak l-avukat li staqsih il-mistoqsija min hu l-proxxmu, qiegħed fin-nofs quddiem 2 persuni li baqgħu indifferenti u 2 persuni li laqgħuh.

Ried jieħu deċiżjoni! U fil-fatt ir-risposta hija dak li wera’ miegħu ħniena. U dawn kieku kemm is-Samaritan u wkoll il-Lukandier. It-tnejn mwarbin mis-soċjetà, imma għalihom l-persuni hija aktar importanti mix-xogħol.

U din ħaġa li tiġrilna wkoll illum – naraw l-aspetti legali (li irridu narawhom verament), naraw l-punti ta’ status moħbi, ta’ importanza, ta’ dinjità li naħsbu li ġejja minn ministeru/power/uffiċċju, u ma narawx il-persuni li qed ikunu mneżżgħin mid-dinjità tagħhom u misruqin – fosthom hemm l-immigranti (l-istess vjaġġ qed jagħmlu), l-persuni differenti b’sitwazzjoni partikolari, li narawhom bħala każ u mhux bħala persuni.

Għalhekk x’qalb ser ikollna aħna? Qalb tajba u ġeneruża li ma tħarisx lejn l-uċuħ, il-passat, il-firdiet tribali politiċi? Qalb li tpoġġi r-rieda t’Alla fil-prattika, li aktar ħniena jrid milli sagrifiċji? Qalb li ma tikkundana lil ħadd? Qalb li tkun miftuħa għall-proxxmu tagħna (mhux dak l-iktar viċin – għax dawk ukoll il-pagani jħobbuhom),? Qalb ħanina, li tifhem il-miżerji, id-diffikultajiet, id-dnubiet, bħalma ma hu Alla għalina li jifhem il-miżerji, l-ħarbiet tagħna lejn Ġeriko, id-diffikultatjiet tagħna, id-dnubiet tagħna? 

Kemm is-Samaritan u wkoll il-Lukandier kellhom qalb ħanina. Huma jixbħu l-ħniena t’Alla, il-ħniena lejn min għandu bżonnha, bil-mod tagħhom.  U dan irridu nitolbuh lil Alla, li ikollna qalb li tkun qalb ħanina. Kif ser ngħixu dan il-vanġelu tal-lum? Kif ser nagħmlu l-outreach lejn persuni oħra?

fr. David

Leave a Comment

Scroll to Top