vox pop

vox_pop_logo_idea_dribble-01.jpg

Illum saret moda din l-biċċa tal-vox pops…u għal diversi affarijiet nisimgħu jew naraw minn jistaqsi mistoqsijiet biex jitwieġbu.  U llum fl-evanġelju għandna wkoll mistoqsija jew aħjar żewġ mistoqsijiet. Ħafna drabi ma naħsbux fuq din il-ħaġa, imma nindunaw li l-Evanġelji huma mimlija bil-mistoqsijiet. Xi kultant jidher li hemm iktar mistoqsijiet milli tweġibiet. Il-mistoqsijiet jfissru tfixxija, li wieħed ikun għatxan għall-għerf…ikunu mistoqsijiet ġenwini u mhux mistoqsijiet tricky.  U hawnhekk nindunaw li permezz tal-mistoqsijiet, għandna l-persuni li qegħdin infittxu l-verità, li nixtiequ lil Alla…u aħna lkoll għandna dawn il-mistoqsijiet tagħna.

U llum, wara li staqsihom, Min jgħidu n-nies li hu Bin il-Bniedem? staqsihom ukoll, Imma intom min tgħidu li jien?…

Huma żewġ mistoqsijiet fuq livelli differenti. Wieħed inti x’taf fuq Bin il-Bniedem….u aħna nistgħu ngħidu x’jingħad fuqu:

Imma Ġesu – bħal vanġelu tal-lum – mhux x’jaħseb/x’jgħid ħaddiehor fuqu jrid…. imma… x’naħseb jien?/x’jfisser hu għalija..li hi differenti minn deskrizzjoni!….u għalhekk ngħaddu għal-livell differenti….Mhux deskrizzjoni imma fuq livell personali.

Issa din ukoll,

  1. li jħarsu lejh biss minn għajnejn ta’ storja: dan Alla tagħna għandu isem u wiċċ, u nafu wkoll kif għex, kif jirraġuna u jaħsibha!
  2. Hemm dawk li Dawk li għalihom Ġesu kien raġel tajjeb/influwenti imma li llum m’għadux daqshekk relevanti. Qisu li qal kien jgħodd għal żmienu biss, illum dan m’għadux jgħodd. Ez: qalilna biex naħfru u nħobbu lill-għedewwa imma llum aħna m’aħniex tfal u dan illum sar impossibli.
  3. Dawk li għalihom xejn mhu xejn.. Qalbhom hi mejta
  4. Dawk li għalihom Ġesu hu Alla- Salvatur – Messija – kompann fil-vjaġġ tagħna: Għandhom relazzjoni miegħu, jibżgħu għaliha, jaħdmu biex ikabbruha mhux biex jitilgħu il-ġenna imma għax iħobbuh ħafna. Ma jibdluħx malajr, ma jbiegħuħx għal sempliċi mistħija jew ma’ opinjoni pubblika. Jagħmlu minn kollox biex jgħixu l-ħajja kif qalilna Hu.

Meta Pietru wieġeb għal-mistoqsija li għamel Ġesù, fejn identifikah bħala l-Iben t’Alla, naraw li ra xi ħaġa aktar profonda f’Ġesù li kienet divina, u li kien xi ħadd ġej mill-Missier.  U bħala risposta, Ġesù jara xi ħaġa aktar profonda wkoll f’Pietru, li imma Pietru ma setgħax jara għalih innifsu…qisu qallu Ġesu – ok, int għidli jien min jien…issa ser ngħidelk int min int. Inti  Blata.

Ma naħsibx li Pietru qatt ħaseb fuqha din. Ma kienetx biss sorpriża għalih biss imma wkoll għal dawk ta’ madwaru. Qabel jien jismu Xmun, u issa minħabba Ġesù, ser jidħol f’identità ġdida.  Dan ħa ż-żmien għaliex, minħabba l-behaviour ta’ Pietru ma Ġesù, nafu li ma kienetx tant solida u qisha blata, mhux qabel il-qawmien ta’ Kristu.

U naraw li Ġesu jarana differenti. Jmur lil hemm mill-apparenzi. Aħna niġġudikaw lin-nies bl-apparenza. Ġesu jarana b’insight iktar profond. Huwa niżel fin-nies u ra l-aħjar li hemm fihom, u ipprova jara dawk il-kwalitajiet sbieħ li hemm ġo fihom.

fr. David Cortis osa

Leave a Comment

Scroll to Top