Kemm tara ‘l bogħod?

Looking-into-the-future-preparing-for-financial-success.jpg

Is-sejħa biex inkunu qaddisin

San Pawl fi-tieni qari jħeġġiġna li kulħadd imsejjaħ għall-qdusija, kulħadd imsejjaħ biex jara naqra iktar, tħares fil-bogħod. M’hemmx dak u l-ieħor, kollha kemm aħna mistednin għal ħwejjeġ kbar, ħwejjeġ/esperjenzi li ma jħalluniex naraw biss il-kumditajiet tagħna.

Mhux daqshekk biss!

Is-‘sufan’ mhux tajjeb għalina l-insara. Is-sufan huma l-kumditajiet tiegħi, dawk l-affarijiet li jagħmluni safe, dawk il-persuni li magħhom inħossni komdu għax huma inqas minni,

Il-profeta Iżaija iħeġġiġna biex inkunu dawl għal ġnus. Biex inkunu dawl irridu nieħdu d-dawl aħna l-ewwel imbagħad ngħadduh lil oħrajn.

Illum huwa l-mument opportun li naraw f’ħajjitna f’hiex nistgħu nagħmlu pass ieħor, ninfetħu ftit iktar.

  • Tixtieq tgħix komdu fuq is-sufan tara t-TV mingħajr ma tkun ħarist ‘il barra u rajt ir-realtà tal-ħajja?
  • Tixtieq tħalli l-ħajja tiegħek fuq l-automatic mingħajr ma jkollok sehem fiha?
  • Tixtieq tħalli lil ħaddieħor jgħidlek kif tgħix? Jew għax l-oħrajn jagħmlu hekk allura jien ukoll nagħmel hekk.

Relazzjoni mal-Mulej

Fl-evanġelju S. Ġwann jippreżentalna mudell ta’ kif inkunu qaddisin fid-dinja tal-lum. Jippreżentalna lil Ġwanni l-Battista, dak li ħejja t-triq għall-Mulej.

Fl-ewwel vers nisimgħu lil Ġwanni jgħid: “araw il-Ħaruf ta’ Alla, li jneħħi d-dnub tad-dinja…” dan ifisser li lil Ġesù kien jafu u għarrfu. Nistaqsu ftit,

  • aħna kemm nafuh lil Ġesù?
  • Kif qiegħed insir nafu ta’ kuljum?
  • Waqt l-ewkaristija qiegħed nimpenja lili nnifsi biex inħallih jidħol fil-ħajja tiegħi u nafdalu kulma għandi f’qalbi?
  • Fil-ħajja, wara li niċċelebra l-ewkaristija kif qiegħed nara lil Kristu f’ħuti? Qiegħed inkun umli biżżejjed biex inkompli niskopri lil Alla fl-oħrajn, fit-tbatijiet, fil-persuni li ngħix magħhom…

L-ispirtu s-Santu li rċevejna fil-magħmudija jinsab magħna – il-kelma joqgħod hija rrepetuta darbtejn fi ftit versi fil-Vanġelju tallum u dan jagħmlilna kuraġġ kbir għax nafu li l-Ispirtu t’Alla qiegħed dejjem magħna.

fr. Terence Spiteri osa

Leave a Comment

Scroll to Top