Kattar fina l-Fidi…

 

IMG_20160927_093935.jpgHija karba li llum għandha eku.

Li nagħmlu mistosqijiet fuq il-fidi tagħna huwa eżerċizzju san. Il-fidi ma nistgħu npoġġuha fuq l-ixkaffa sakemm nużawha, għaliex imbagħad niskopru li saret dgħajfa u bla sens mill-użu tagħha u ma ssostniniex. U għalhekk il-virtu tal-integrita tinvolvi eżerċizzju importanti li tgħina wkoll fil-mumenti ta’ sfida.

Li tkun bniedem bil-fidi huwa aktar itqal illum milli kien qatt qabel?

Minn naħa l-waħda LE: l-ġenerazzjonijiet passati kellhom ukoll l-isfidi, struggles tagħhom. Imma mbagħad minn naħa l-oħra, illum, hemm sfidi partikolari. F’diversi aspetti l-diskors publiku huwa kontra l-fidi b’mod ġenerali u kontra l-Knisja b’mod partikolari. Faċli ħafna taqta’ qalbek.

  • Eżempji

Li wieħed jżomm mal-fidi, huwa biżżejjed, mingħajr ma nsemmu li nkabbru l-fidi. Nikbru fil-fidi bix-xewqa u l-prattika – ix-xewqa t’Alla u l-prattika tat-talb. Iż-żminijiet jgħidulna biex niffukaw fuq il-qalb tal-proġett nisrani – Ġesu u l-Vanġelu – u wkoll fuq il-qalb tad-dixxipulat – l-imħabba u s-servizz.

Meta niddubitaw fil-qawwa tiegħek Mulej – kattar fina l-fidi

Meta naħsbu li int bla saħħa Mulej – kattar fina l-fidi

Kattar fina l-fidi Mulej – agħmel li niftħu qalbna għall-preżenza tiegħek fil-ħajja tagħna.

“Kattar fina l-fidi.”  Nitlobha xejn jien ?  Jew forsi naħseb li tant għandi fidi qawwija li m’għandix bżonn li jkolli aktar ?

Naħseb li din it-talba nistgħu kull wieħed u waħda minnha nagħmluha tagħna.  Aħna wkoll, bħall-appostli, ngħidu lill-Mulej Ġesù “Kabbar fina l-fidi!”  Iva, Mulej, il-fidi tagħna hi żgħira, il-fidi tagħna hi dgħajfa, fraġli, imma noffruhielek hekk kif inhi, sabiex int tkabbarha.

 

Il-fidi hija bħal mustarda – xi ħaġa żgħira ħafna u ħafna drabi nkunu ttentati li nistennew sakemm il-fidi tagħna tikber. Imma parti mill-messaġġ tal-Vanġelu huwa li nużaw il-fidi li għandna, ukoll jekk hija żgħira. B’hekk inkunu nistgħu b’fiduċja fina nfusna u fil-preżenza t’Alla fil-ħajja tagħna.

 

Ġesù jgħid li biżżejjed ikollok fidi hekk, żgħira, imma vera, onesta, biex tagħmel affarijiet li għall-bniedem huma impossibbi u jmorru ‘l hemm mill-ħsieb tiegħu.  Dan kollu minnu!  Ilkoll kemm aħna nafu nies sempliċi, umli, imma li għandhom fidi qawwija ħafna, li veru tist ċċaqlaq il-muntanji!  Naħsbu ftit fil-missirijiet u l-ommijiet li jitħabtu ma’ sitwazzjonijiet verament diffiċli; jew naħsbu f’xi morda, uħud minnhom gravi, li xorta waħda jirnexxielhom jgħaddu l-hena tagħhom lil dawk li jmorru jarawhom.  Dawn in-nies, appuntu minħaba l-fidi tagħhom, ma jiftaħrux b’dak li jagħmlu, anzi, kif jgħid Ġesù fl-evanġelju, jgħidu: “Aħna qaddejja li ma niswew għal xejn.  Għamilna biss dak li kellna nagħmlu” (Lq 17, 10).  Minjaf kemm nies fostna għandhom din il-fidi qawwija, umli, u li tagħmel ħafna ġid.

Fr. David Cortis osa

Leave a Comment

Scroll to Top