Il-Mulej juri kompassjoni mal-għarmla. Kompassjoni vera tista’ tibdel sitwazzjoni – iwa il-kompassjoni tiegħek għal persuna oħra tista’ tfejjaq u tgħajjex persuna oħra.
Meta kienu dawk il-mumenti li fihom persuna oħra uriet kompassjoni veru miegħek? Kif ħassejtek? Meta int urejt kompassjoni ma’ persuna oħra u mxejt magħha?