Il-ħajja tiegħek qiegħdha f’idejn Alla, u xejn ma għandu jinkwetana

tranquility_by_latyrx-d5hoklz.jpg

Huwa qari li jista’ jħawwadna…għax jissemmew ħafna affarijiet li ukoll jimlewna b’ċerta biża. Imma hemm diversi punti ta’ riflessjoni li jgħinuna f’dan kollu.

Luqa jippreżentalna lil Ġesù

  • bħala l-profeta, li kapaċi jaqra s-sinjali taż-żminijiet.
  • Li joffrilna pariri mimlijin għerf u b’ħafna insight kif għandna naġixxu fiż-żmien diffiċli.

Fil-fatt jekk naqraw b’attenzjoni l-Evanġelju, Ġesù qiegħed jiskoraġġixi lil dawk li qegħdin jipprovaw jikkalkulaw t-tmiem fuq il-bażi ta’ fenomini viżibli.  Huwa ma hux qed jipproponi din il-lista tal-kalamitajiet biex jagħtina l-għodda biex niddeterminaw id-data u l-ħin ta’ meta huwa għandu jiġi.  Għall-kuntrarju, huwa jgħid li għalkemm dawn l-affarijiet iseħħu, t-tmiem mhux ser jasal mill-ewwel. Għalhekk huwa ħela ta’ ħin u kuntrarju għat-tagħlim ta’ Ġesù dawn l-ispekulazzjonijiet kollha. Il-messaġġ ta’ Ġesù fil-Vanġeli huwa dejjem wieħed li nkunu lesti, li nkunu ħerqana għall-miġja tiegħu.  Lanqas xagħra ma tintilef.

U quddiem dan kollu

  • Kif qegħdin naqraw is-sinjali taż-żminijiet?
  • Qegħdin naraw f’dan kollu l-preżenza t’Alla?
  • Qegħdin niskopru risorsi ġodda biex inkomplu nixmu f’din it-triq ta’ konverżjoni?

U ta’ min nistaqsu

  • Min huwa n-nies li quddiem is-sitwazzjonijiet ta’ diffikulta, ikunu qawwa ta’ kalma?
  • Eżempju xi persuni li jikkalmaw l-affarijiet fil-familji, fil-knisja, fil-post tax-xogħol etc.
  • U dawn il-persuni ikun ta’ rigal u nirringrazzjaw ‘l Alla għalihom..

U dan jfakkarna li fil-ħajja hemm ukoll l-inkwiet…mhux kollox plain sailing u lanqas quddiem id-diffikultajiet u l-inkwiet nitfgħu kollox taħt it-tapit. Ġesu jinkoraġġina biex inżommu sod f’dawn iċ-ċirkustanzi.

  • Iva, ikun hemm avvenimenti terribli li jistgħu jiżdiedu.
  • Iva, jkun hemm persekuzzjoni u tbatija, u nuqqas ta’ ftehim u tortura minħabba t-twemmin tiegħek.
  • Iva, jkun hemm konfużjoni u li xejn ma jibda jagħmel sens.

Imma qatt ma għandna naqgħtu qalbna. Żomm mal-fidi tiegħek, anke meta tara kollox skur u bla tama. Tħallix li l-affarijiet iħawduk, jew li jċaqalqu l-fiduċja tiegħek f’Alla, li l-affarijiet jibqgħu fil-kontrol tiegħu. Il-ħajja tiegħek qiegħdha f’idejn Alla, u xejn ma għandu jinkwetana. Hekk tgħid Santa Tereża – Nada te turbe, nada t espante, Solo Dios basta. Tħallix xi jtaqqlek, tħallix xi jbeżżgħek, minn għandu ‘l Alla ma jonqsu xejn, tħallix x’jtaqqlek, tħallix xi jbeżżgħek, Alla waħdu kollox.

fr. David Cortis osa

Leave a Comment

Scroll to Top