Fis-6 ta’ Novembru, il-Familja Agostinjana tiċċelebra t-tifkira tar-reliġjużi Agostinjani li għexu qabilna u li llum jistrieħu mal-Mulej.
Dakinhar fl-10am, il-provinċjal flimkien ma diversi aħwa iċċelebra quddiesa fiċ-ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata li fiha fakkar l-aħwa mejtin. Wara l-quddiesa l-aħwa mxew lejn l-oqbra tal-Provinċja u l-Provinċjal għamel talba u bierek l-istess oqbra. Dawn il-jiem il-Provinċjal għandu jgħamel anke żjara fuq l-oqbra tal-aħwa fiċ-ċimiterju ta’ Għawdex.



