Illum wara nofsinhar il-Mulej għoġbu jsejjaħ fi ħdanu lil P. Rikkardu Attard li kellu 87 sena. Qabel ma daħal id-Dar tal-Kleru minħabba l-kura li kellu bżonn, huwa kien jgħix fil-komunità ta’ Ħal Tarxien, ħadem ukoll għal bosta snin Katanja u l-Brażil.
Il-funeral ser isir nhar il-Ħamis 28 ta’ Novembru 2019 fid-9.30am. Il-ġisem ta’ P. Rikkardu Attard ser ikun espost għal pubbliku fl-Oratorju Agostinjan f’Ħal Tarxien mit-8.15am ‘il quddiem.
Fid-9.30am ser jitlaq Corteo mill-Oratorju sal-Knisja ta’ San Nikola minn Tolentino Ħal Tarxien fejn tiġi ċċelebrata l-quddiesa.
Huwa mixtieq li minflok fjuri jsiru donazzjonijiet lil Missjonijiet Agostinjani
BOV 400-1018-8817
Jew SMS fuq
50616117 – donazzjoni ta’ €1.16
50617357 – donazzjoni ta’ €2.33
50618085 – donazzjoni ta’ €6.99
50619206 – donazzjoni ta’ €11.65
Jew ċekk lil Fr. Mario Abela OSA, Segretarjat Missjonijiet Agostinjani, Triq J. Zammit Tabona, Pietà PTA 1331.
Nkomplu niftakru fit-talb tagħna f’ħuna P. Rikkardu u fil-Provinċja Agostinjana Maltija.
Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu, jistrieħ fis-sliem, Ammen.