Stqarrija għall-istampa dwar il-mewt u l-funeral tal-Emm. Tiegħu l-Kardinal Prospero Grech OSA

Illum 30 ta’ Diċembru 2019, aktar kmieni wara nofs in-nhar, l-Emminenza Tiegħu, il-Kardinal Prospru Grech, agostinjan, ħalla din id-dinja fi triqtu lejn dar il-Missier, fl-età ta’ 94 sena.

Il-Kardinal Grech, li kien għadu jgawdi minn ħajja attiva fil-Kulleġġ Internazzjonali Agostinjan S. Monika f’Ruma, fejn għex għal ħafna żmien, ħalla warajh kotra ta’ persuni sogħbina għal din it-telfa u grati għal dak kollu li kien u dak kollu li wettaq matul ħajtu.

Il-Provinċja Agostinjana Maltija, li tagħha kien iben, tingħaqad mal-Ordni Agostinjan u mal-familjari fin-niket ta’ dan il-mument. 

Informazzjoni dwar il-funeral jingħataw aktar ‘l quddiem.

 

Leslie Gatt  OSA
Pirjol Provinċjali

Scroll to Top