Aħbarijiet koroh minn Mapinhane (fil-Możambik) fejn is-Segretarjat tal-Missjonijiet Agostinjani AMIGOS immexxija minn Fr. Mario Abela OSA jagħmlu xogħol missjunarju.
Ftit tal-jiem ilu ġrat serqa fl-iskola tas-sorijiet Agostinjani matul il-lejl. Ġew misruqa: 6 notebooks Toshiba; 3 CPU’s; 4 monitors u television. Barra din l-aħbar, fl-istess jiem għamlet maltempata kbira u sajjetta ħarqet il-kċina, għal kollox, tal-iskola Primarja.
TISTA’ TGĦIN billi tibgħat id-donazzjonijiet tiegħek
- fuq Revolut: +35679255936
- Bank Transfer fuq MT58VALL22013000000040010188817
- jew permezz ta’ ċekk lil:
Fr. Mario Abela OSA
Kunvent San Tumas minn Villanova,
Segretarjat Missjonijiet Agostinjani
Triq J. Zammit Tabona
Pieta, PTA 1331