Minn nhar it-Tnejn 22 sal-Erbgħa 24 ta’ April, l-aħwa Agostinjani tal-Provinċja Maltija ser jinġabru għall-Assemblea Provinċjali Intermedja fid-The Santa Rita Priory f’San Ġiljan. L-Assemblea hija mument li fih il-patrijiet jagħmlu evalwazzjoni tal-ħajja u l-ħidma tagħhom partikolarment fis-sentejn li għaddew u jiddiskutu l-l-isfidi ta’ llum u l-mixja ‘l quddiem.
It-Tlitt ijiem tal-Assemblea jagħlqu permezz ta’ quddiesa nhar l-Erbgħa 24 ta’ April, Festa tal-Konverżjoni ta’ Santu Wistin fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santu Wistin il-Belt Valletta fis-7.15pm. Il-quddiesa hija miftuħa għal dawk kollha li jixtiequ jinagħqdu magħna f’dan il-mument u jroddu ħajr lil Alla għal dak kollu li jagħmel mal-aħwa Agostinjani u permezz tagħhom fir-realtajiet li jservu. Wara l-quddiesa nieħdu xi ħaġa flimkien fil-kuridur tal-Kunvent.