Kelma mid-Direttur tal-Istitut Agostinjan P. Salvinu Caruana OSA:
Għeżież lkoll!
Nittama li tinsabu tajbin minkejja ċ-ċirkustanzi avversi li ninsabu għaddejjin minnhom.
Bħalma tafu, ma nistgħux nibdew il-lectures fl-Istitut Agostinjan għalissa. Imma ma stajnix ma napprezzawx it-turija ta‘ ħerqa li nfittxu li nibdew minn għadd ġmielu ta‘ parteċipanti tal-korsijiet tagħna. Il-programm ilu mħejji xhur! Kulma kien jonqsu kienu…d-dati!
Issa wara l-konsultazzjoni ma’ diversi persuni, u bi tweġibiet mill-għalliema, flimkien mal-Membri tal-Bord tal-Istitut (WR P. Provinċjal Leslie Gatt OSA – Praeside; P. Pierre Desira OSA – Ass. Dir. – Ms Antoinette Borg, Segr. Amm. – P. Mario Attard Ofm Cap – Andre‘ Debattista – Tabiba Ritienne Debono – Kan. Dr Jonathan Farrugia – Mons Prof. Hector Scerri), qbilna dwar dawn id-dati, imma xorta waħda jibqgħu marbuta ma‘ għadd ta‘ prekawzjonijiet u eċċezzjonijiet skont il-qagħda tal-pandemija fiż-żmien stipulat tal-bidu tal-Kors.
Fil-Kors Għal Kulħadd għas-Sena Akkademika 2020-2021 ser inkunu qegħdin nistudjaw flimkien din it-tema:
Waħda u Sħiħa hija l-Imħabba. L-10 Omeliji ta’ S. Wistin fuq l-Ewwel ttra ta’ Ġwann lill-Parti tal-Prof. P. Salvinu Caruana OSA u P. Francis Calleja OSA.
Il-lectures sejrin ikunu dwar dan it-trattat ta‘ S. Wistin; kopja tiegħu bil-Malti (285p.) tkun lesta sa tmiem NOVEMBRU 2020, u jkun għall-bejgħ (€25 + ktejjeb My Pen’s Toil b’xejn);
Dan huwa l-programm tentattiv sa issa, minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija internazzjonali li ninsabu fiha.
Waħda u sħiħa hija l-Imħabba
Il-Ġimgħa, 26 ta’ Frar 2021 (6.00 – 7.30pm)
L-Ewkaristija Presjeduta mill-WRP Provinċjal Leslie Gatt OSA
Daħla għall-opra ta’ S. Wistin
Prof. P. Salvinu Caruana OSA
————————————————–
Il-Ġimgħa, 5 ta’ Marzu 2021 (6.00 – 7.00pm)
Omelija 1
Kelliem: P. Mario Attard ofm cap
————————————————–
Il-Ġimgħa, 12 ta’ Marzu 2021 (6.00 – 7.00pm)
Omelija 2
Kelliem: Andre’ P. Debattista
————————————————–
Il-Ġimgħa, 26 ta’ Marzu 2021 (6.00-7.00pm)
Omelija 3
Kelliema: Dr Ritienne Debono MD
————————————————–
Il-Ġimgħa, 9 t’April 2021 (6.00 – 7.00pm)
Omelija 4
Kelliem: Rev. Kan. Jonathan Farrugia
————————————————–
Il-Ġimgħa, 16 t’April 2021 (6.00 – 7.00pm)
Omelija 5
Kelliem: Rev. Kan. Jonathan Farrugia
————————————————–
Il-Ġimgħa, 23 t’April 2021 (6.00 – 7.00pm)
Omelija 6
Kelliem: P. Pierre Desira OSA
————————————————–
L-Erbgħa, 28 t’April 2021 fis-6.00pm
It-23 edizzjoni tal-Annual Saint Augustine Lecture
Kelliem:
Il-Professur Dr Dr Anthony Dupont
Faculty of Religious Studies
Catholic University of Leuven, Belgium
dwar:
Mater Christianorum Verissima (mor. 1.62)
Augustine of Hippo’s Understanding of the Church as a Conciliatory, Critical and Christological Community*
————————————————–
Il-Ġimgħa, 30 t’April 2021 (6.00 – 7.00pm)
Omelija 7
Kelliem: Rev. Mons. Professur Hector Scerri
————————————————–
Il-Ġimgħa, 7 ta’ Mejju 2021 (6.00 – 7.00pm)
Omelija 8
Kelliem: P. Pierre Desira OSA
————————————————–
Il-Ġimgħa, 14 ta’ Mejju 2021 (6.00 – 7.00pm)
Omelija 9
Kelliem: Rev. Mons. Professur Hector Scerri
————————————————–
Il-Ġimgħa, 21 ta’ Mejju 2021 (6.00 – 7.00pm)
Omelija 10
Kelliem: Andre’ P. Debattista
————————————————–
Il-Ġimgħa, 28 ta’ Mejju 2021– JUM IL-GRADWAZZJONI
6.15pm
mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Isqof Anton Theuma, l-Isqof t’Għawdex
—————————————————————————————————————————————————————
* Il-lecture sejjer ikun video conference u jinżamm ġewwa Tolentino Hall – Kulleġġ, S. Wistin, Pjetà.
Grazzi ħafna għall-ħidma elettronika koordinata minn P. Pierre Desira OSA Ass Dir Ist. Agost. Rev Kan. Jonathan Farrugia Kap tad-Dip. tal-Patroloġija, Fakultà tat-Teoloġija, Università ta’ Malta, u Andre P. Debattista Lekċerer, Università ta’ Malta u lir-Rettur tal-Kulleġġ S. Wistin P. David Cortis OSA.
Attendenza għall-lecture: l-ewwel 50 li jibbukkjaw sat-Tnejn, 26 t’April 2021
(Segretarja Amm. Ms Antoinette Borg: toineborg@onvol.net)
————————————————————————–
- lejn il-bidu ta’ Frar 2021 nibgħatu l-programm ON-LINE u naraw li nilħqu ‘l kulħadd, b’kull mezz li għandna għad-disponibiltà tagħna, ser nistampaw numru limitat ħafna din is-sena akkademika;
- il-lectures sejrin jinżammu f’sala ikbar ġewwa l-Kulleġġ S. Wistin, Pieta’ (hija ikbar minn dik tal-Istitut u minn dik li ġieli użajna); ikunu bejn is-6.00pm u s-7.00pm;
- l-Ewkaristija tibda’ fil-5.40pm, fl-istess sala tal-lectures, imma taslux u tidħlux fis-sala ħafna qabel il-5.30pm;
- il-maskra (visor) hija obbligatorja – u fil-bieb ikun hemm apparat/i ta‘ disinfettar tal-idejn, u tittieħed it-temperatura ta’ kull waħda/wieħed qabel id-dħul fis-sala; mhux ser ikollna te’/kafe’ eċċ., wara l-lectures, wara ma jibqa’ ħadd jitħaddet eċċ., minħabba li nkunu rridu nerġgħu niddisinfettaw is-sala malajr kemm jista’ jkun;
- l-aħħar lecture ser ikun nhar il-Ġimgħa, 21 ta’ Mejju 2021.
Nitolbu lil SANTA RITA li taqlagħlna l-grazzja li ż-żmien ikun jippermetti wkoll li nsibu jumejn/tlieta għall-LIVE-IN 2020-2021…f’Ġunju
Sadanittant, aħna nibqgħu dejjem ngħarrfukom b’kull mezz u metodu li għandna, dwar żviluppi tal-qagħda min-naħa tagħna dwar il-korsijiet sena akkademika 2020-2021.
L-aħħar ħaġa, imma daqstantieħor siewja ħafna:
NITLOBKOM SABIEX TMEXXU MILL-AĦJAR LI TISTGĦU DAN IT-TAGĦRIF DWAR IL-KORSIJIET Fl-ISTITUT AGOSTINJAN SENA AKKADEMIKA 2020-2021
Kieku nixtiequ nkunu nafu, minn kmieni kemm jista’ jkun, KEMM minn fostkom jaħsbu li, dejjem jekk iċ-ċirkustanzi jippermettu, biħsiebhom jattendu għall-lectures.
Tistgħu iċċemplu fuq 2701 0827 – 7929 4177 – 9945 0099 – 7770 8700
Jew tiktbu fuq: caruana.salvino@gmail.com – toineborg@onvol.net
Grazzi ħafna
P. Salvinu Caruana OSA – Direttur