B’attività sempliċi imma mimlija mħabba “Platt Ross għall-missjoni”, l-istudenti u l-edukaturi tal-Kulleġġ Santu Wistin ġabru is-somma sabiħa ta’ €1,750. B’donazzjoni żgħira, ftit ross abjad u ċiċri, ingħaqdu flimkien biex jagħtu s-sehem tagħhom għal ħidma fil-missjonijiet Agostinjani fil-Perù.
Din is-somma se tkun t’għajnuna kbira f’din il-ħidma missjunarja li dan is-sajf se jagħmlu grupp ta’ żgħażagħ flimkien ma’ Fr Mario Abela OSA u Fr Terence Spiteri OSA fil-Perù. Il-fondi se jmorru għall-proġett ta’ bir tal-ilma f’Nauta (Perù), fejn diversi familji għadhom mingħajr aċċess għal ilma nadif.
Grazzi għal dan il-ġest sabiħ, se nkunu nistgħu nkomplu nibnu t-tama flimkien – pass pass – għall-ħajja aħjar għal dawk li għandhom l-aktar bżonn.


