Nhar l-Erbgħa, 19 ta’ Marzu, l-aħwa Agostinjani inġabru għal nofs ta’ nhar ta’ riflessjoni fid-The Santa Rita Priory, San Ġiljan, marbuta maż-żmien tar-Randan. In-nofs ta nhar beda b’riflessjoni animata minn Dun Jimmy Bonnici Rettur tas-Seminarju tal-arċisqof.
Fir-riflessjonijiet tiegħu Dun Jimmy qasam mal-aħwa spunti nteressanti ispirati minn widien differenti li jissemmew fil-kotba mqaddsa. Wara s-sessjoni imbagħad kien hemm mument ta’ waqfa, u n-nofs ta’ nhar kompla b’adorazzjoni fis-skiet li matulha kulħadd seta jkompli jirrifletti fuq punti li għaddielna l-animatur. In-Nofs ta’ nhar għalaq imbgħad bit-talb ta’ nofs il-jum u l-barka sagramentali.

