Nhar il-Ġimgħa, 13 ta’ Diċembru, l-aħwa agostinjani ltaqgħu f’The Santa Rita Priory f’San Ġiljan għal mument ta’ talb fi żmien l-Avvent. Fr Kevin Schembri mexxa riflessjoni fuq dan iż-żmien ta’ preparazzjoni u stennija. Wara mument qasir ta’ waqfa, l-aħwa inġabru għal adorazzjoni fis-skiet quddiem Ġesu’ Sagramentat u l-Barka Sagramentali.
