Mument fratern għall-aħwa Agostinjani

Nhar l-Erbgħa 2 ta’ Lulju sar mument fratern għall-aħwa Agostinjani fil-ġnien tal-Kulleġġ Santu Wistin f’tal-Pietà. Il-Patrijiet ħadu l-opportunità biex jaraw xi xogħolijiet ta’ restawr estensiv li saru riċentament fuq Dar Ida u li l-Provinċja poġġiet anke għad-disponibilità tal-Kulleġġ. Wara saret it-talba tal-għasar u l-aħwa kielu flimkien f’atmosfera sajfija mill-isbaħ.

Scroll to Top