Nhar it-Tlieta 26 ta’ Novembru ser issir laqgħa fuq il-Ġublew tat-Tama mis-Sur Joe Farrugia, delegat tal-Arċisqof għal-Lajċi. Din il-laqgħa ser tibda b’quddiesa fis-6pm fil-Knisja ta’ San Nikola minn Tolentino f’Ħal Tarxien. Wara kulħadd huwa mistieden li jieħu xi ħaġa tajba flimkien.
Min għandu bżonn trasport huwa ġentilment mitlub javża lill-Pirjol jew lil min hu responsabbli.