Nhar l-Erbgħa 26 u l-Ħamis 27 ta’ Marzu L-Istitut Agostinjan, bil-kollaborazzjoni tal- Fakulta tat-Teoloġija u l-Fondazzjoni tal-Istudji teoloġiċi tal-Arċidjoċesi ta’ Malta organizza s-26 Saint Augustine Lecture. Is-Saint Augustine lecture hija appuntament annwali li fih jiġu mistiedna professuri ta’ fama internazzjonali li jippreżentaw temi diversi normalment ta’ natura Patristika jew tal-Antikita Kristjana.
Iż-żewġ lectutres ta’ din is-sena saru minn Dr Marie Pauliat li hija professur tal-Antikita Kristjana fuq it-testi u l-istorja fl-Universita Kattolika ta’ Louvain fil-Belġju. Is-suġġett li trattat l-Erbgħa fis-sessjoni li ttellgħet fl-Università ta’ Malta kien; Id-djakni nisa fl-Antikita bħala tema estremament kumplessa. Il-lecture preżentat stampa ċara ta’ dak li nafu dwar il-preżenza ta’ Djakni nisa fl-Antikita u l-isfidi u l-mistoqsijiet li tema bħal din tippreżenta fiż-żminijiet ta’ llum. Il-Ħamis imbagħad il-lecture ittellgħet fid-The Santa Rita Priory u tkellmet dwar Marija bħala ideal Femminili u t-Tweġiba Agostinjana għal dan.
Bejn Mejju u Ġunju li ġej il-Programm tal-Istitut Agostinjan ikompli b’kors ieħor ta’ sitt sezzjonijiet dwar is-Solilokwi ta’ Santu Wistin.





