Fl-14 ta’ Settembru, il-Provinċja Agostinjana Maltija tiċċelebra l-anniversarju mit-twaqqf tagħha li kien sar fl-1817. Il-preżenza tal-Patrijiet Agostinjani f’Malta tmur lura ħafna aktar minn hekk u għal aktar minn 600 sena nistgħu ngħidu li kienu preżenza attiva fil-gżejjer tagħna. Bħala preparazzjoni għall-Kapitlu Provinċjali Ordinarju 2022, li ser jiġi kkonvokat fil-bidu ta’ Ottubru, qed isir kwesjonarju qasir dwar il-preżenza u l-ħidma tal-aħwa Agostinjani f’Malta.
Dan huwa sehem li nixtiequ li intom ilkoll tagħtu biex tgħinuna fir-riflessjoni tagħna fil-Kapitlu Provinċjali li ġej. Għaldaqstant, int min int li qed taqra, nistiednuk tagħfas fuq il-ħolqa ta’ hawn Kwestjonarju Online – Lajċi OSA u tagħti l-kontribut tiegħek mill-ftit jew ħafna li tafna. Nassigurawk li jkun ferm apprezzat.
Il-kwestjonarju ser jibqa’ miftuħ sa nhar it-Tlieta 21 ta’ Settembru. Sadanittant inħeġġuk li żżommna dejjem fit-talb tiegħek.