









Matul il-Kapitlu Ġenerali Ordinarju li għaddej bħalissa, ġew magħżula l-uffiċjali l-ġodda tal-Ordni biex jaqdu flimkien mal-Pirjol Ġenerali l-ġdid, Patri Joseph Farrell, li kien magħżul ftit jiem ilu. Dalgħodu, il-Kapitlu għażel dawn l-aħwa biex iservu fil-Kunsill Ġenerali:
Vigarju Ġenerali:
P. Alex Lam (Peru)
Assistenti Ġenerali:
P. Kevin De Prinzio (Amerika)
P. Martin Davakan (Belġju)
P. Frederick Comendador (Filippini)
P. James Wambugu (Kenja)
P. Benjamín García Franco (Messiku)
Uffiċji Oħrajn:
Segretarju Ġenerali: P. Javier Perez Barba (Spanja)
Ekonomu Ġenerali: P. José María Herranz Maté (Spanja)
Prokuratur Ġenerali: P. Pasquale di Lernia (Italja)
Il-Kapitlu Ġenerali Ordinarju huwa laqgħa importanti ħafna fil-ħajja tal-Ordni, li tiġbor flimkien rappreżentanti minn madwar id-dinja biex jirriflettu, jieħdu deċiżjonijiet importanti u jiddixxernu t-triq ’il quddiem għall-Familja Agostinjana. Huwa mument ta’ talb, ta’ konsultazzjoni u ta’ responsabbiltà, li jiżgura l-ħajja u l-missjoni kontinwa tal-Ordni fil-Knisja u fid-dinja.
Il-Provinċja Agostinjana Maltija twassal l-awguri tagħha lil dawk kollha li ġew eletti u tirringrazzja lil dawn l-aħwa għall-ħidma u r-rieda tagħhom biex iservu. Ejjew inqegħduhom fit-talb tagħna hekk kif jassumu dawn ir-responsabbiltajiet importanti, biex imexxu b’għaqal, dedikazzjoni u sensittivita pastorali.
