Kapitlu Ġenerali Ordinarju 2025: It-tieni ġimgħa

Is-seba’ Jum:
Fit-8 ta’ Settembru 2025, wara li l-jum ta’ qabel il-membri tal-kapitlu ħadu sehem fil-kanonizzazzjoni ta’ San Carlo Acutis u San Pier Giorgio Frassati, il-Kapitlu beda bil-quddiesa tal-Festa tat-Twelid tal-Verġni Marija Mqaddsa, u mbagħad iltaqa’ fi gruppi reġjonali biex jiddiskutu l-elezzjoni għall-Pirjol Ġenerali ġdid. Il-Pirjol Ġenerali P. Alejando Moral Anton, temm uffiċċjalment il-mandat tiegħu billi ta s-siġill tal-awtorità, wara li l-proċess tal-elezzjoni beda b’mument ta’ talb lill-Ispirtu s-Santu. Saru tliet votazzjonijiet, iżda ebda wieħed ma wassal għall-maġġoranza meħtieġa, u għalhekk il-proċess ġie sospiż sal-jum ta’ wara.

It-tmien Jum:
Fit-9 ta’ Settembru 2025, il-Kapitlu beda bil-quddiesa u kompla d-diskussjoni dwar il-vokazzjonijiet, il-formazzjoni u l-Kostituzzjonijiet, billi enfasizza l-ħtieġa ta’ proposti konkreti, aktar appoġġ għar-reġjuni emerġenti, u użu kreattiv tal-mezzi diġitali għall-promozzjoni vokazzjonali. Wara nofsinhar, ġew ippreżentati rapporti missjunarji minn Kuba, il-Pakistan u l-Afrika tal-Punent, li tennew qasmu mal-assemblea l-isfidi kif ukoll l-opportunitajiet li qegħdin jgħixu. Il-jum intemm bl-elezzjoni ta’ P. Joseph Farrell OSA bħala l-Pirjol Ġenerali l-ġdid, u wara moment ta’ talb talb solenni, tgħanniqa tal-paċi u ikla.

Id-disa’ Jum:
Fit-10 ta’ Settembru 2025, il-patrijiet iċċelebraw il-festa ta’ San Nikola ta’ Tolentino bil-quddiesa filgħodu. Il-Pirjol  Ġenerali l-ġdid, P.Joseph Farrell, assuma l-presidenza tal-Kapitlu u enfasizza temi ewlenin ta’ riflessjoni: vokazzjonijiet u formazzjoni, studji Agostinjani, il-komunjoni tal-ġid, u strutturi li jżommu l-ħajja komunitarja. Il-gruppi reġjonali ressqu suġġerimenti ta’ ismijiet għall-kunsill ġenerali u għal uffiċċji oħra. Wara, ġew iffurmati kummissjonijiet biex jindirizzaw l-istudji, il-formazzjoni u r-riżorsi tal-Ordni. Id-diskussjonijiet tal-jum iffukaw fuq in-novizzjati inter-ċirkoskrizzjonali, iċ-ċentri ta’ studju, l-iskolarsips, u l-għaqda bejn l-eċċellenza akkademika u l-ispiritwalità Agostinjana, u ntemmu b’riflessjonijiet fuq il-komunjoni tal-ġid u talb ta’ filgħaxija.

L-għaxar Jum:
Fil-11 ta’ Settembru 2025, il-Kapitlu beda bil-quddiesa, u wara, l-assemblea ta’ filgħodu ffukat fuq rapporti dwar l-ekonomija u l-ġid materjali, li enfasizzaw il-ħtieġa ta’ trasparenza, fiduċja, responsabbiltà u appoġġ professjonali fl-użu tar-riżorsi. Id-diskussjonijiet ta’ wara nofsinhar daru fuq il-ħajja komunitarja, l-attività appostolika u l-missjoni, bl-enfasi fuq it-talb, il-formazzjoni kontinwa, l-identità Agostinjana, il-koordinazzjoni tal-patrijiet iżgħar fl-età, u l-bilanċ bejn l-impenn pastorali u l-ħajja komuni. Il-jum intemm b’riflessjonijiet fuq it-tiġdid, it-tmexxija profetika u l-kollaborazzjoni lil hinn miċ-ċirkoskrizzjonijiet, u ntemm b’qari mill-Belt t’Alla ta’ Santu Wistin fl-Augustinianum.

Il-Ħdax-il jum:

Fit-12 ta’ Settembru 2025, is-sessjoni ta’ filgħodu ffukat fuq l-istudju tal-istrutturi tal-Ordni u fuq proposti ta’ tiġdid, billi enfasizzat il-bżonn ta’ għarfien iktar qawwi tas-sens ta’ appartenenza fl-Ordni, tqassim aħjar tar-riżorsi, u organizzazzjoni strateġika tal-preżenza internazzjonali. Ġew ippreżentati rapporti dwar il-Vikarjati tal-Panama, Costa Rica u l-Perù, filwaqt li l-Pirjol Ġenerali ppropona l-ismijiet għal uffiċċji ta’ tmexxija ewlenin.
Filgħaxija, il-kapitulari ltaqgħu mal-presidenti tal-federazzjonijiet tas-sorijiet Agostinjani minn Spanja u l-Italja, li enfasizzaw l-appoġġ reċiproku, għarfien iktar profond ta’ xulxin, u viżibilità akbar tal-kariżma Agostinjana. Il-jum intemm bl-elezzjoni ta’ P. Alexander Lam OSA bħala Vigarju Ġenerali, flimkien ma’ P. Kevin dePrinzio OSA u P. Martin Davakan OSA bħala Assistent Ġenerali.

It-Tnax-il jum: 
Fit-13 ta’ Settembru 2025, is-sessjoni ta’ filgħodu kienet tikkonsisti f’diskussjoni u qsim ta’ ideat mal-kummissjoni tal-lajċi li tieħu ħsieb tħeġġeġ u tinkuraġixxi l-fraternitajiet sekulari, gruppi ta’ lajċi u anke grupp ta’ żgħażagħ madwar id-dinja kollha. Wara imbagħad kien imiss li jitkomplew il-votazzjonijiet għall-Assistenti Ġenerali u uffiċċji oħrajn li ser ikunu qegħdin jaħdmu flimkien mal-Pirjol Ġenerali. In-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu intemm fl-elezzjoni ta’ P. Frederick Comendador, P. James Wambugu, P. Benjamín García Franco bħala Assistenti Ġenerali. L-Uffiċji Oħrajn, jinkludu lil P. Javier Perez Barba bħala Segretarju Ġenerali, P. José María Herranz Maté  bħala Ekonomu Ġenerali u P. Pasquale di Lernia bħala Prokuratur Ġenerali.

Scroll to Top