Kapitlu Ġenerali Ordinarju 2025: It-Tielet Ġimgħa

It-Tlettax-il Jum: 

Is-sessjoni ta’ filgħodu bdiet bi djalogu mas-sorijiet Agostinjani u l-lajċi, b’enfasi partikolari fuq il-kollaborazzjoni, l-appoġġ reċiproku u l-possibbiltà ta’ preżenzi monastiċi ġodda.

Fil-11:00am, l-assemblea ngħaqdet mal-Papa Ljun XIV, li kien milqugħ b’awgurju għaċ-ċelebrazzjoni t’ għeluq sninu. Fid-diskors tiegħu, il-Papa enfasizza l-interjorità bħala sors ta’ saħħa għall-missjoni, ħeġġeġ għal impenn imġedded favur il-vokazzjonijiet u l-formazzjoni, ħeġġeġ lill-dawk li jiddedikaw ħajjithom għall-istudju biex iservu bl-umiltà, u fakkar lill-Ordni fid-dmir tiegħu li jaqsam il-ġid temporali. Huwa sejjaħ ukoll għat-tiġdid tal-ispirtu missjunarju u għall-fedeltà lejn il-ħeġġa tas-sejħa fl-ewwel żmien tal-formazzjoni. Wara, imbagħad il-Papa daħal f’sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet, ta l-barka tiegħu, u ngħaqad mar-reliġjużi għall-ikel ta’ nofsinhar. Wara nofsinhar, il-kunsill ġenerali l-ġdid kien ikkonfermat permezz ta’ talba mill-Pirjol Ġenerali , u b’hekk intemmet il-ħidma tal-ġurnata.

L-Erbatax-il Jum:

Is-sessjoni plenarja ta’ filgħodu,  ffukat fuq ir-reviżjoni tal-proposti mill-Instrumentum Laboris dwar il-vokazzjonijiet, il-formazzjoni, il-kostituzzjonijiet u l-ġid komuni, b’enfasi fuq l-importanza tal-Istitut Agostinjan tal-Ispiritwalità u l-pubblikazzjoni ta’ Ratio Oeconomica. Wara nofsinhar, l-assemblea kompliet tevalwa l-proposti dwar il-missjoni, il-ħajja komunitarja, l-istrutturi u l-kollaborazzjoni inter-ċirkoskrizzjonali, u l-ħidma tal-ġurnata ntemmet fis-sebgħa ta’ filgħaxija.

Il-Ħmistax-il Jum:

Is-sessjonijiet ta’ filgħodu u ta’ wara nofsinhar iffukaw fuq l-analiżi u l-votazzjoni ta’ aktar minn 50 proposta dwar l-istrutturi, il-ġid temporali, il-ħajja komunitarja, il-missjoni u l-kollaborazzjoni, inkluż reviżjonijiet kostituzzjonali bħall-proposta ta’ San Ġużepp bħala Protettur tal-Ordni u l-prevenzjoni tal-akkumulazzjoni tal-karigi. Ġiet mogħtija attenzjoni speċjali biex jissaħħu r-rabtiet mal-lajċi, il-konfraternitajiet u l-familji Agostinjani l-oħra (OAD, OAR), kif ukoll il-proposta għal missjonijiet ġodda u t-tisħiħ tal-istudji Agostinjani. Il-kapitulari approvaw ukoll ittra lill-Papa Ljun XIV biex jitolbuh il-proklamazzjoni ta’ San Tumas ta’ Villanova bħala Duttur tal-Knisja, u rrevedew abbozz ta’ dikjarazzjoni li terġa’ tafferma l-fraternità, il-ġustizzja u l-paċi. Il-ġurnata ntemmet bil-Għasar u l-preparazzjonijiet għas-sessjoni finali.

Is-Sittax-il Jum:

L-aħħar jum tal-188 Kapitlu Ġenerali Ordinarju beda bit-talb ta’ filgħodu, segwit mill-votazzjoni fuq il-proposti permezz ta’ ktieb imqassam. Wara l-Quddiesa fis-12:15 p.m., il-kapitulari reġgħu nġabru wara nofsinhar biex jisimgħu r-riżultati, li fihom il-proposti kollha ġew approvati u l-minuti tal-Kapitlu ġew aċċettati b’unanimità. Il-Prior Ġenerali, Fr. Joseph Farrell, esprima l-gratitudni tiegħu lejn dawk kollha li taw sehemhom, b’mod speċjali lis-segretarju, qabel għalaq il-Kapitlu bit-talb u bil-kant tas-Salve Regina.

Scroll to Top