Nhar l-Erbgħa, 20 ta’ Ottubru 2021 saret laqgħa għall-Patrijiet Agostinjani bi thejjija għall-Kapitlu Provinċjali 2022 fis-Sala Tolentino fil-Kulleġġ Santu Wistin, Pietà. Il-laqgħa bdiet bit-talb tal-Għasar fit-Tifkira ta’ Santa Madalena ta’ Nagasaki, Verġni u Martri Agostinjana.
Għal din il-laqgħa kien mistieden is-Sur Andre Paul Debattista, Assistant Lecturer fl-Istitut għall-Istudji Ewropej. Huwa għamel analiżi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju li sar fost il-lajċi midħla tagħna l-Agostinjani. Qabel Is-Sur Debattista tkellem il-Provinċjal, P. Leslie Gatt OSA, dwar kwestjonarju ieħor li sar fost il-Patrijiet.
Nieħdu l-okkażjoni biex nirringrazzjaw lil dawk il-lajċi kollha li wieġbu għall-Kwestjonarju li bagħtnilhom.
Nitolbukom titolbu għalina f’din it-tħejjija għall-Kapitlu Provinċjali 2022.