Bħala parti mill-preparazzjoni għall-Milied fi żmien l-Avvent, l-istudenti kollha tal-Kulleġġ mill-Primarja u mis-Sekondarja, taw kontribuzzjoni għall-proġett tal-Millennium Chapel immexxi mill-Familja Agostinjana f’forma ta’ ikel, affarijiet tal-iskola u anke ħwejjeġ. L-inizjattiva tnehdiet mic-Chapliancy teams. L-istudenti tal-Primarja ‘ħallsu’ din il-kontribuzzjoni talli libsu flokk tal-Milied, filwaqt li l-istudenti tas-Sekondarja libsu tracksuit li jixtiequ huma. Permezz ta’ din l-attivita’ huma saru iktar konxji li f’dan iż-żmien tal-Milied, mhux kulħadd għandu dak kollu li jixtieq, imma hemm tfal tamparahom illi għandhom nuqqasijiet bażiċi minħabba ċ-ċirkostanzi soċjali li jgħixu fihom. Grazzi lill-istudenti, edukaturi u familji tagħhom li taw il-kontribut sabiħ tagħhom.