Erġajna ltqajna flimkien!

Nhar l-Erbgħa 29 ta’ Lulju għal ħabta tas-7pm l-aħwa Agostinjani iltaqgħu flimkien għal mument ta’ talb fil-Meditation Gardens fil-Millennium Chapel Paceville u wara komplew jieħdu gost bil-preżenza ta’ xulxin billi kielu flimkien fuq it-terazzin tal-kunvent Marija Omm tal-Parir it-Tajjeb f’Paceville. Kien mument informali u sabiħ għaliex wara xhur sħaħ ‘il bogħod minn xulxin, minħabba l-Covid-19 erġajna ltqajna flimkien!

 

 

Scroll to Top