Il-jiem tal-Milied f'Kuba...jiktbilna P. Luċjan Borg OSA

Minn Novembru li għadda ‘l hawn kull nhar ta Ħadd immur inqaddes ġewwa parroċċa li qiegħda n-naħa l-oħra tal-port. F’din il-parroċċa hemm is-sorijiet ta Madre Teresa. Talbuni biex niċċelebralhom il-quddiesa ta’ nofs il-lejl tal-Milied u jum il-Milied. Qaddist hemmhekk u kelna ċelebrazzjonijiet liturġiċi sbieħ bit-tfal, adolexxenti, żagħżagħ u kbar. Wara l-quddiesa ta’ nofs il-lejl li għamilnieha fid-9.00pm it-tfal iż-żgħar għamlu play u f’jum il-Milied  kantaw xi kanzunetti tradizzjonali tal-Milied u l-adolexxenti u żgħażagħ żifnu. Hawn f’Kuba n-nies tħobb ħafna tiżfen.

Hawn għandna t-tradizzjoni li għall-festi tal-Milied narmaw presepju fil-knisja. Ili 4 snin nieħu ħsieb narma l-presepju fil-knisja tagħna. Qed nibgħatilkom il-video tal-presepju li għamilt fil-knisja. Għamilt ieħor  fil-kappella tal-komunità u żejjint ftit fejn nieklu biex hekk inkunu nistgħu nħossu l-ispirtu tal-Milied. Jum għeluq snini mar tajjeb ukoll. Nirringrazzja lil ħuti li bagħtuli x-xewqat it-tajba. Hawn ħafna li ċempluli jew bgħatuli xi messaġġ.

Ħa nagħlaq hawn. Nibgħat inselli għalikom ilkoll u għall-familjari tagħkom.

Jalla l-ferħ u l-paċi tal-Emmanuel isaltnu f’qalbkom u jagħtukom il-qawwa meħtieġa biex  tkomplu mexjin ‘il quddiem bis-sitwazzjoni diffiċli li titlob kuraġġ biex wieħed ikun jista’ jgħixha.

P.Luċjan

 


© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.