Nhar il-Ħadd 20 t’Awwissu, l-Eċċellenza Tiegħu L-Arċisqof Charles Scicluna żar għal-ewwel darba u qaddes quddiesa fil-knisja tal-Madonna tal-Bon Kunsill f’Paceville, fl-okkażjoni tal-50 sena meta l-bini tal-Knisja tlesta. F’dik l-istess ġurnata, jiġifieri fit-18 ta’ Awwissu 1973, l-Knisja l-ġdida ġiet imbierka mill-Assistent Ġenerali Agostinjan, li dak iż-żmien kien P. Egidio Galea OSA.Wara l-quddiesa sar riċeviment żgħir fil-kunvent, fejn l-Arċisqof iltaqa’ mar-residenti li jiffrekwentaw din il-knisja.
Ritratti: Archdiocese of Malta